15.1.26

PARROĊĊA TA’ ĦAL TARXIEN - PROĠETT TA’ RIĠENERAZZJONI

33452. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru issa jgħid f’liema stadju jinsab il-proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ quddiem il-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien?

 

07/01/2026

 

ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-parti tal-proġett quddiem il-knisja qed jitkomplew xogħlijiet relatati ma’ servizzi tar-residenzi varji, u beda x-xogħol tat-tqegħid ta’ madum.

 

Seduta Numru 423

14/01/2026

No comments:

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI - SKRIVANI TAL-PAROLE

33454. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skri...