15.1.26

GĦAJNUNA SOĊJALI - BENEFIĊJARJI

33453. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kien hemm persuni li qed jirċievuh?

 

07/01/2026

 

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ applikanti għall-Għajnuna Soċjali matul l-2025 kien jammonta għal 708.

 

Mill-applikanti kollha, 109 rċevew ċaħda bil-miktub minħabba li ma ssodisfawx id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), 127 benefiċjarju ma’ baqgħux jirċievu l-benefiċċju filwaqt li 472 benefiċjarju għadhom jirċievu tali assistenza sal-lum.

 

 Seduta Numru 423

14/01/2026

No comments:

ATT DWAR IL-ĠUSTIZZJA RIPARATRIĊI - SKRIVANI TAL-PAROLE

33454. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skri...