25.6.15

MATURE WORKERS’ RULES SCHEMES - APPLIKAZZJONIJIET





16831. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-Mature Workers’ Rules Schemes fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2015 u kemm minnhom kienu eliġibbli?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Mejju 2015 kien hemm erbgħa u sittin (64) applikazzjoni għall-Mature Workers’ Rules Scheme. Fost dawn kien hemm ħamsa u għoxrin (25) li kienu eliġibbli.

Seduta  281
24/06/2015

ETC – ŻIEDA FL-INFIQ TAL-LEGAL AND PROFESSIONAL





16830. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, jista’ l-Ministru jindika għalfejn kien hemm żieda fl-infiq tal-Legal and Professional mis-sena 2013 u 2014 u jista’ jindika mingħand min inxtraw?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li ż-żieda fin-nefqa fuq spejjeż Legali u Professjonali kienet dovuta għal xogħol ta’ konsulenza fuq Skemi u Proġetti tal-UE u t-tħejjija ta’ rapport “ETC – Strategic Assessment of Training Operations”.

It-tagħrif relatat fuq dawk li pprovdew dawn is-servizzi qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament.

Seduta  281
24/06/2015

ETC – ŻIEDA FL-INFIQ TAL-MARKETING AND ADVERTISING.




16829. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, jista’ l-Ministru jindika għalfejn kien hemm żieda fl-infiq tal-Marketing and Advertising mis-sena 2013 u 2014 u jista’ jindika mingħand min inxtraw?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li ż-żieda fl-infiq tal-Marketing & Advertising għall-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kienet dovuta għal proġetti ġodda relatati ma’ SET (Sheltered Employment Training), EET (Enhancing Employability through Training) u TAF2 (Training Aid Framework).

Is-servizzi għal dan il-għan kienu provduti mis-segwenti: AF Signs Studio; Allied Newspapers; ANCA Holdings Ltd; B&E Support Team Ltd; Communique Creative Ltd; Ms Lara Parker; Mad Promotion Ltd; Marketlink Ltd; Media Communications Ltd; Media Today Ltd; Pure Concepts Ltd; Soundvision Print Ltd; Standard Publications Ltd; Union Press Co Ltd; Velprint Ltd.

Seduta  281
24/06/2015

ETC – ŻIEDA FL-INFIQ TA’ OFFICE SUPPLIES




16828. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, jista’ l-Ministru jindika għalfejn kien hemm żieda fl-infiq ta’ office supplies  mis-sena 2013 u 2014 u jista’ jindika mingħand min inxtraw?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li ż-żieda fl-infiq tal-Office Supplies min-naħa tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant kien dovut għal żieda fil-konsum minħabba proġetti ġodda relatati ma’ SET (Sheltered Employment Training), EET (Enhancing Employability through Training) u TAF2 (Training Aid Framework), u żieda fl-impjegati full-time.

Ix-xiri tal-Office Supplies sar mingħand is-segwenti:

Alfa Co Ltd; Audio Visual Centre Ltd; BCD Graphics Ltd; Best Print Co Ltd; Classic Press; CLSSYSTEMS; Colour Image Communiqué Creative Ltd; CSD Office Trade; Diaries JD Ltd; Dormax Press Co Ltd; Firm E Maistre; Five Star Printing & Design Ltd; Golden Gate Co Ltd; Ignazio Anastasi Ltd; Intermarkets Stationeries Ltd; JB Stores Ltd; Joseph Hili & Sons; Kasco Trading Ltd; MB Distribution Ltd; Merit Trading; Multi Packing Ltd; Office Essentials Ltd; Office Needs Office Point Malta; OVAL BRANDS; Print Options; Printex Ltd; Rightclick Stationery & Computers; Salander Group Co Ltd; Sunland Printers Ltd; Velprint Ltd.

Seduta  281
24/06/2015

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - KONSULENTI.





16827. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-konsulent li ġew maħtura u miżmuma fil-Ministeru kollu u kemm qed jiġu remunerati?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fil-Ministeru inklużi d-Direttorati u l-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi b'kollox hemm 26 persuna bħala konsulenti. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  281
24/06/2015

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...