17.10.24

Y-PLATES – ISTRUZZJONIJIET LIS-SEWWIEQA

21181. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jara li tingħata d-direzzjoni sabiex sewwieqa tal-karozzi bil-“Y-Plates” jitfakkru li m’għandhomx iwaqqfu jew jiġbru l-passiġġieri tagħhom minn madwar roundabouts senjatament l-iktar minħabba l-perikolu inkors?

 

06/09/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi x-xenarju deskritt mill-Onor. Membru fil-mistoqsija tiegħu, huwa xenarju li huwa projbit għal kull sewwieq, inkluż dawk b’vetturi bil-Y plates. Għaldaqstant meta dawn is-sitwazzjonijiet jiġu għal konjizzjoni tal-Pulizija u Uffiċjali tal-Aġenzija LESA, dawn jieħdu l-passi meħtieġa, skond kif jitlob il-każ partikolari, biex jevitaw periklu għal kulħadd.

 

Seduta  264

16/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...