17.10.24

BORMLA - IN-WORK BENEFIT U BENEFIĊĊJI SOĊJALI

21132. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19791 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Bormla u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

 

03/09/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2023 kien hemm 193-il  benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Bormla. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt.

 

Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet

Benefiċċjarji 2023

Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja

65

Allowance għat-Tfal

140

Bonus għat-Twelid

3

Allowance għal Tfal b’Diżabilità

4

Pensjoni tar-Romol

1

Foster child Allowance

1

Benefiċċju għal Korriment

6

Maternity Leave Benefit / Maternity Benefit

3

Marriage Grant

2

Pensjoni Kontributorja

3

Benefiċċju tal-Mard

31

Assistenza għal Diżabilità Severa

3

 

Seduta  262

14/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...