17.10.24

Y-PLATES - ISTRUZZJONIJIET LIS-SEWWIEQA

21180. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jara li tingħata d-direzzjoni sabiex sewwieqa tal-karozzi bil- “Y-Plates” jitfakkru li m’għandhomx iwaqqfu jew jiġbru l-passiġġieri tagħhom minn madwar roundabouts senjatament l-iktar minħabba l-perikolu inkors?

 

06/09/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tara li r-regoli tas-sewqan jiġu osservati minn kull sewwieq fit-toroq ta’ pajjiżna, kemm dawk li jsuqu vetturi privati, dawk kummerċjali, kif ukoll sewwieqa tal-Y Plates. Madanakollu, minn żmien għal żmien l-Awtorità tagħmel ukoll kampanji edukattivi għall-informazzjoni tas-sewwieqa kollha.

 

 

Seduta  264

16/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...