17.10.24

KORP TAL-PULIZIJA - UFFIĊJALI GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ORDNI FIT-TRAFFIKU

21183. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?

 

06/09/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi hemm erbgħa u tletin (34) uffiċjal tal-Pulizija li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz ta’ muturi.

Kif jaf ben tajjeb l-Onor. Membru llum hemm ukoll entitajiet oħra li jagħmlu dan ix-xogħol primarjament Transport Malta u anke LESA.

 

Seduta  264

16/10/2024

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...