17.10.24

SANTA LUĊIJA - IN-WORK BENEFIT U BENEFIĊĊJI SOĊJALI

21141. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19783 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Santa Luċija u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

 

03/09/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 108 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Santa Luċija. Flimkien mal-In Work Benefit, dawn il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt.

 

Benefiċċji / Pensjonijiet

Benefiċċjarji 2023

Benfiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja

28

Allowance għat-Tfal

76

Allowance għal Tfal b’Diżabilità

6

Benefiċċju għal Korriment fuq ix-Xogħol

3

Pensjoni Kontributorja

1

Marriage Grant

1

Benefiċċju għal Mard

17

Assistenza għal Diżabilità

3

 

Seduta  263

15/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...