9.10.24

ĦAL LUQA – ĠNIEN BETTI

20368. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jiġi kurat il-Ġnien Wied Betti, f’Ħal Luqa? Jekk iva, x’ħidma qiegħda ssir?

 

01/07/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Luqa li Ġnien Wied Betti qiegħed jiġi kkurat. Il-Kunsill Lokali jieħu ħsieb li jżommu fi stat tajjeb u nadif u li jsirlu l-qtugħ tal-ħaxix meta meħtieġ.

 

Seduta  260

08/10/2024

No comments:

ĦADMU GĦAS-SEWWA

1. Ftit ilu fakkarna li fit-23 ta’ Lulju 1957, kważi sebgħin sena ilu, ġie nieqes l-awtur Sqalli Giuseppe Tomasi di Lampedusa (1896). ...