17.10.24

RAĦAL ĠDID - IN-WORK BENEFIT U BENEFIĊĊJI SOĊJALI

21136. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19787 u jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Raħal Ġdid u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

 

03/09/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2023 kien hemm 475 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Raħal Ġdid. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt.

 

Benefiċċji Socjali/Pensjonijiet

Benefiċċjarji 2023

Benfiċċju Addizzonali għall-Ogħli tal-Ħajja

118

Assistenza għal Persuni b’Vista Batuta

1

Allowance għat-Tfal

338

Bonus għat-Twelid

1

Carers Grant

1

Allowance għal Tfal b’Diżabilità

29

Pensjoni tar-Romol

7

Benefiċċju għal Korriment

6

Maternity Benefit

2

Marriage Grant

5

Pensjoni Kontributorja

7

Benefiċċju tal-Mard

76

Assistenza għal Diżabilità Severa

6

 

Seduta  262

14/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...