9.10.24

IL-FURJANA – FUNTANA TAL-ILJUN - NEFQA

20365. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16622 u 19662, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu spejjeż fuq il-Funtana tal-Iljun fil-Furjana?

 

01/07/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet tar-restawr tal-funtana tal-iljun fi Triq Sant'Anna fil-Furjana li saru, kienu jikkonsistu fir-restawr tal-pedestal, l-ornamenti, l-istatwa u l-vaska, interventi fuq il-vaska, inkluż tindif minn materjal li akkumula matul is-snin kif ukoll trattament sabiex terġa’ tkun tista’ żżomm l-ilma mingħajr problemi ta’ tnixxija, l-installazzjoni ta’ sistema ġdida tal-ilma inkluż interventi minn ġewwa trinek, il-pumproom kif ukoll il-pedestall tal-istatwa sabiex ġew installati pompi u pajpijiet ġodda u installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl ġdida  kif ukoll kameras tas-sigurtà (CCTV). l-ispiża tammonta għal €109,000 (VAT eskluż).

Seduta  260

08/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...