9.10.24

EUROPEAN SPORT FORUM

20097. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid min irrappreżenta lil pajjiżna fil-European Sport Forum li għadu kif sar f'April 2024 u ċjoè min kienu l-persuni u kif intgħażlu? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus?

 

18/06/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li SportMalta, bħala kordinatur tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport, tkun mistiedna biex tieħu sehem fil-Forum.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta u kif ukoll Manager fi ħdan l-entità rrapreżentaw lill-pajjiżna fil-Forum imsemmi, fejn l-ispiża totali kienet ta’ €2,008 li tinkludi per diems u akkomodazzjoni. Infurmat li din l-ispiża tiġi koperta mill-fond Ewropew tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.

 

Seduta  259

07/10/2024

No comments:

ĠNIEN IL-KOTTONERA - XOGĦLIJIET

21185. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Minist...