9.10.24

RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-FOSS - SPEZZJONIJIET DWAR L-INDAFA

20095. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet fuq l-istat ta’ ndafa li tinsab fih preżentement Triq il-Foss (Ditch Street), f'Raħal Ġdid, u jekk iva, x’passi ttieħdu?

 

18/06/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment relatat ma’ nuqqas ta’ ndafa fit-Triq indikata mis-sena li għaddiet sal-llum.

Minn wara li saret din il-mistoqsija parlamentari, uffiċjali mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali xorta reġgħu għamlu spezzjoni ġo din it-Triq iżda nstabet fi stat tajjeb ta’ ndafa u għalhekk ma kienx hemm il-ħtieġa li jittieħdu xi passi ulterjuri.

Nappella lill-Onor. Interpellant li jekk għandu xi lment/i dan jgħaddihomli, ħalli d-dipartiment għas-Saħħa Ambjentali jkompli jinvestiga.

 

Seduta  259

07/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...