9.10.24

RAĦAL ĠDID - TRIQ IL-BELT VALLETTA, TRIQ IL-KURVETTI U TRIQ BRITTANJA - XOGĦLIJIET

20363. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet tlestew fit-toroq il-Belt Valletta, il-Kurvetti u Brittanja, f’Raħal Ġdid u kemm ġew jiswew dawn rispettivament?

 

01/07/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-toroq imsemmija saret ħidma estensiva b’investiment totali ta’ ftit iktar minn €1,400,000. Fi Triq il-Kurvetti sar investiment infrastrutturali ta’ €38,500 b’xogħlijiet jinkludu tqegħid tal-main tal-ilma, tibdil ta’ soqfa tad-drenaġġ, bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq u linji ġodda. Fi Triq Brittanja sar investiment infrastrutturali ta’ €467,500, bl-investiment jinkludi tqegħid ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni tul il-medda tat-triq, tibdil ta’ soqfa tad-drenaġġ b’parti mit-triq sar xogħol ta’ sistema ta’ drenaġġ ġdida; tqegħid tal-main tal-ilma filwaqt li parti mill-main kellha titbaxxa minħabba li kien fil-wiċċ, trinka u tqegħid ta’ cables tal-Enemalta, bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq u linji ġodda. Fi Triq il-Belt Valletta, Raħal Ġdid sar xogħol estensiv kawża ta’ materjal dgħajjef li kienet komposta minnha t-triq. B’investiment ta’ €900,000 sar tibdil tal-main tad-drenaġġ u tal-ilma, trinka u tqegħid ta’ cables tal-Enemalta, bini ta’ bankini ġodda, skavar u bini mill-ġdid tat-triq, u linji ġodda.

 

Seduta  259

07/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...