24.10.24

RAĦAL ĠDID - ŻONA TA’ SANT’UBALDESCA - RAPPORTI TA’ RWEJJAĦ JINTNU

21199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid x’rapporti daħlu u x’passi ttieħdu fir-rigward tal-irwejjaħ jintnu li konsistentement inxtammu matul is-sajf fiż-żona ta’ Sant’Ubaldesca u fit-toroq ta’ wara sa Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid?


06/09/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lmenti f’dan ir-rigward iżda peress li saru diversi mistoqsijiet parlamentari dwar it-toroq imsemmija u anke f’toroq oħra fil-viċinanzi dwar irwejjaħ jintnu, diversi uffiċċjali għas-saħħa ambjentali wettqu spezzjonijiet fi ġranet u ħinijiet differenti. L-aħħar żewġ spezzonijiet saru fl-20 ta’ Settembru u fit-23 ta’ Settembru iżda dan l-ilment qatt ma ġie kkonfermat peress li ma nxtammet l-ebda riħa u għalhekk ma jistgħu jittieħdu l-ebda passi.

Ikun opportun jekk il-persuna/i li għandhom dan l-ilment jagħmlu kuntatt mad-Direttorat sabiex possibilment b’mod kunfidenzjali tingħata aktar informazzjoni speċifika dwar dan l-ilment.

Seduta  267

23/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...