Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
16.5.24
ŻERA' T-TAMA
Fejn iddur
2. F’dan hemm min ifittex naħa jew oħra mingħajr ma jsib liema bieb iħabbat, jew aħjar, liema paġna jiftaħ. Għandu r-rieda biex jibdel, imma ma jafx kif. Ħafna jkollhom fihom din is-sejħa imma ftit ikunu dawk li jkollhom il-boxxla morali interna korretta. Dik li tgħin lilhom u lill-oħrajn biex jimxu. Ħafna jistgħu jinġabru jisperaw. Ħafna oħrajn jixtiequ li jkollhom is-soluzzjonijiet quddiemhom. Ħafna oħrajn jisimgħu ħafna, imma għal xi raġuni jew oħra xorta ma jħossux li qed jitmexxew tajjeb. Fis-sekli, popli sħaħ, għalkemm ġew iffaċċjati b’sitwazzjonijiet ta’ inġustizzja, ta’ kefrija, ta’ tirannija, oligarkija u ripressjoni batew sakemm ħarġu minn taħt dak il-madmad.
Tletin sena
3. F’dan aktar, u quddiem dak li għaddejjin minnu f’pajjiżna, ġejt imfakkar li fl-10 ta’ Mejju 1994, persuna straordinarja kien ingħata l-ġurament tal-ħatra ta’ President. Ingħadli mill-ġdid li f’dik il-ġurnata, Nelson Rolihlala Mandela (1918-2013) sar il-Kap tal-Istat tal-Afrika ta’ Isfel (South Afrika). Mument storiku għal persuna li għex eżistenza kważi sħiħa msakkar f’diversi ħabsijiet, l-iktar f’Robben Island, fejn qatta’ tmintax-il sena maqtugħ mis-soċjetà attiva mill-1964 sal-1982. Wara f’żewġ ħabsijiet oħra sal-1990, meta ftit qabel kien ġie maħtur Frederick Willem de Klerk (1936-2021) flok Pieter Wilem Botha (1916-2006) u beda proċess ta’ bidla. Mandela sofra dan kollu għax kellu l-“ardir” li jaqbeż leġittimament għal pajjiżu u għal niesu sabiex l-Apartheid tispiċċa.
X’inġustizzja kbira
4. Proċess twil li minnu bata fuqu nnifsu proprju minħabba l-politika inġusta u ripressva tal-Apartheid. Fejn il-bnedmin ta’ kulur ma setgħux jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika. Sabiex jaffermaw aktar dan, il-pajjiż immexxi minn klassi politika “bajda” sakkritu fit-tul. Però hemm ġew ma waqafx u ma qatax qalbu. Baqa’ jaqra, jaħdem, jistudja u jagħmel minn kollox sabiex il-pożizzjoni tinbidel. Għal min huwa interessat, hemm il-ktieb voluminuż tiegħu Long Walk to Freedom (1994), li jispjega fid-dettall is-sagrifiċċji u t-tbatijiet li għadda minnhom. Imma tletin sena ilu l-affarijiet inbidlu darba għal dejjem. L-Apartheid spiċċat u seta’ jikkontesta għall-elezzjonijiet ġenerali ta’ pajjiżu u jilħaq President.
Diskors memorabbli
5. F’dak il-Jum tal-Ġurament tiegħu kellu l-okkażjoni li jindirizza lil pajjiżu u lid-dinja. Fl-età ta’ 76 sena, id-diskors jibda bil-kliem li l-ħatra tiegħu kellha tkun “hope to a newborn liberty” (tama lil-libertà mwielda mill-ġdid). Proprju fuq dik in-nota jkompli hekk: “Out of the experience of an extraordinary human disaster that lasted too long, must be born a society of which all humanity must be proud.” (Minn esperjenza ta’ diżastru uman straordinarjament twila, għandha titwieled soċjetà li l-umanità kollha tkun kburija biha.) Kliem sabiħ ħafna u li jimla lill-bnedmint ta’ rieda tajba bit-tama. Kliem li naħseb li juri li l-bniedem kien verament determinat sabiex jibdel għas-sewwa u mhux sabiex jikseb il-glorja jew il-poter għalih personali. Dawk il-kliem użati li jindikaw l-għeruq sodi ta’ bniedem li kapaċi jħares lejn il-futur u li fehem li t-tpattija hija żbaljata.
Ġustizzja, Paċi u Dinjità
6. Diskors li verament ħaqqu li jinqara mill-ġdid illum iktar u iktar, għax jgħodd għas-sitwazzjoni li għaddejjin minnha. Pożizzjonijiet politiċi li jgħallmu li bil-mibgħeda ma tasalx. Wisq inqas bil-vendikazzjoni u lanqas bil-ħdura. Id-direzzjoni tiegħu kienet mill-iktar ċara lejn il-bniedem u l-fiduċja fih bħala strument kapaċi li jwettaq is-sewwa. Iwettaq dawk il-passi li verament iġibu l-progress soċjali u ekonomiku. Dawk li jsaħħu u jissudaw il-bniedem. F’dak id-diskors, f’din il-linja t-tajba, huwa jgħid hekk ukoll: “Reinforce humanity’s belief in justice, strengthem its confidence in the nobility of the human soul, sustain all our hopes for a glorious life for all.” (Nissudaw il-konvinzjoni tal-umanità fil-ġustizzja, nissudaw il-kunfidenza fin-nobbiltà tar-ruħ u nsostnu t-tamiet sħaħ tagħna għal ħajja sabiħa għal kulħadd.) Kliem li juru dawk il-vantaġġi fil-bniedem li minn dak li jgħaddi jirnexxilu jissupera lilu nnifsu. Dak li jħalli warajh ir-riżentimenti li jista’ jkun li jkun akkumula maż-żmien. Dawk il-passi li jippermettulu jimxi ’l quddiem proprju għax ikun ħafer lil min għamillu l-iktar azzjonijiet ħżiena. Dak li kapaċi jħares iktar lejn is-soluzzjonijiet iktar milli lejn il-kundanni.
Ma saħħanx
7. Seta’ kien iktar faċli li f’dak il-mument kien ifakkar lin-nies minn dak li għaddew sabiex isaħħanhom kontra dawk li għakksuhom. Kien ikun faċli għalih li jbaqbad id-demm popolari, ma dan ma wettqux. Ħares lejn il-futur fil-paċi soċjali li tant kellu bżonn u li f’ħafna naħseb li anki aħna, hawn, tant għandna bżonn. Hemmhekk, huwa jgħid hekk ukoll: “The time for healing of the wounds has come, the moment to bridge the chasms that divide us has come, the time to build is upon us.” (Wasal iż-żmien li jitfejqu l-feriti, wasal ukoll il-mument meta rridu nibnu l-pontijiet fuq id-differenzi kbar li jifirduna, wasal għal fuqna ż-żmien li nibnu.) F’kull soċjetà hemm feriti preżenti. Ftit, però, jitfejqu. Diversi, anzi, jibqgħu miftuħa u daqshekk ieħor jibqgħu jinfetħu. Irid isir sforz kbir ħafna biex dan iseħħ u Mandela, fil-kobor uman tiegħu, dan kien verament kapaċi jwettqu. Eżempju għalina lkoll.
Sforz uman
8. Meta tħares lejn politiċi bħal dawn tifhem li biex is-sewwa jirbaħ trid tmur kontra l-kurrent. Waqt li seta’ nxteħet fir-retorika tal-vittma u ta’ dak li seħħ mir-reġimi passati, minflok għażel li jibni fil-valuri t-tajba. U hekk wettaq fil-ħames snin tal-Presidenza tiegħu. Għażel li b’hekk iqiegħed il-pedamenti lejn stat demokratiku veru. Dak li jista’ jħares ’il quddiem f’soċjetà mingħajr biża’, ibbażata u assigurata fid-drittijiet inaljenabbli tal-bniedem. Ġustament f’dan, f’dak id-diskors huma jkompli jgħid hekk: “We have triumphed in the effort to implant hope in the breasts of the millions of our people.” (Irbaħna bil-kbir fl-impenn determinat tagħna li niżirgħu t-tama fil-qlub ta’ miljuni tal-poplu tagħna.) Dan huwa l-proċess li dan il-pajjiż tagħna, ukoll quddiem dak kollu li hu għaddej minnu, għandu bżonn. Dak li jibni fuq il-valuri sodi tal-ħajja u Nsara tagħna sabiex jiżra t-Tama, bħalma rnexxielu jagħmel Nelson Mandela.
IX-XGĦAJRA - LIBRERIJA PUBBLIKA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA
19095. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tax-Xgħajra matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
03/05/2024
ONOR. OWEN
BONNICI:
PQ Numru |
Lokalità |
Kotba mixtrija ġodda – Jan
sa April 2024 |
Infiq fuq kotba fiżiċi
ġodda – Jan sa April 2024 |
Donazzjonijiet inkluż
mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024 |
Kotba Bil-Malti |
Kotba bl-Ingliż |
Kotba bit-Taljan |
Kotba bil-Franċiż |
19095 |
Ix-Xgħajra |
9 |
€ 30 |
35 |
37 |
7 |
Xejn |
Xejn |
Seduta 243
15/05/2024
LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA
18528. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
17/04/2024
ONOR. CLIFTON
GRIMA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni
mitluba tinsab hawn taħt;
Dati |
Suġġett |
Destinazzjoni |
14 - 17 Jannar 2024 |
Finali tal-Kampjonati
Ewropej tal-Water Polo |
Kroazja |
20 - 22 Frar 2024 |
OECD Skills Summit 2024 |
Brussell |
27 ta' Ġunju 2024 |
MED 9 High Level Forum for
Education for Sustainable Development and Green Transition in the
Mediterranean Region |
Ċipru |
Seduta 235
24/04/2024
LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA
18527. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
17/04/2024
ONOR. CLINT
CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa minix
infurmat li ser ikun hemm laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea sa Ġunju.
Madankollu, tifhem li jista’ jkun li niġu mistiedna għal xi laqgħat aktar 'il
quddiem, skont iċ-ċirkostanzi.
Seduta 235
24/04/2024
LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA
18526. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
17/04/2024
ONOR. JULIA
FARRUGIA PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa ma kienx
hemm laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa relatati
mas-settur li jaqa’ taħti. Nikkonferma wkoll li bħalissa ma hemm l-ebda laqgħa
prevista sal-aħħar ta’ Ġunju, li għandi informazzjoni dwarha.
Seduta 235
24/04/2024
LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA
18525. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
17/04/2024
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni
mitluba minnhu hija kif qed ikun elenkat hawn taħt;
11 ta’ Jannar EPSCO li
nżammet Namur, Belgium;
11 ta’ Marzu EPSCO li nżammet
Brussels, Belgium;
15 ta’ April High level
Conference on the European Pillar of Social Rights li nżammet La Hulpe,
Belgium.
Seduta 235
24/04/2024
LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA
18524. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
17/04/2024
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena
2024, bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt
għal erba’ laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fi ħdan l-Unjoni Ewropea
fl-ewwel erba’ xhur tas-sena, inkluż laqgħa straordinarja li saret wara
l-attakk tal-Iran fuq l-Istat ta’ Iżrael.
Bejn il-25 u d-29 ta’ Frar
2024 kont mistieden nattendi l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ
f’Abu Dhabi fil-marġini tat-13-il Konferenza Ministerjali (MC13)
tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).
Fis-6 ta’ Marzu, kelli
l-opportunità nindirizza l-laqgħa tal-Kumitat
tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fil-kapacita’ ta’
‘Chair-in-Office’ tal-OSCE, fejn tkellimt fuq il-prijoritajiet tal-Presidenza
ta’ Malta tal-OSCE u fuq l-isfidi li qed tiffaċċjal-organizzazzjoni.
Fit-18 ta’ Marzu 2024
ipparteċipajt fil-Forum Umanitarju Ewropew li sar fi Brussell.
Barra minn hekk, attendejt
il-Forum ta’ Livell Għoli bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf
(GCC), nhar it-Tnejn 22 t’April 2024 fil-Lussemburgu.
Fis- 7 ta' Mejju 2024 ġejt
mistieden nipparteċipa fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq l-iżvilupp li se
jsir fi Brussell.
Se nkun qed nipparteċipa
wkoll fil-Laqgħa Ministerjali tal-Kunsill tal-Ewropa, li se ssir fis-16 u 17
ta’ Mejju fi Strasburgu.
Fil-21 ta’ Mejju 2024,
mistenni nipparteċipa wkoll fil-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.
Għat-30 ta’ Mejju 2024, ġejt
mistieden nipparteċipa fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ li se
jsir fi Brussell.
Fil-25 ta' Ġunju 2024, mistenni nipparteċipa wkoll fil-Laqgħat
tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.
Seduta 235
24/04/2024
LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA
18523. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
17/04/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt
xhur tas-sena 2024 m’attendejtx u mhux mistenni nattendi għal laqgħat fi ħdan
l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa.
Seduta 235
24/04/2024
RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ISQOF BUHAGIAR - XOGĦLIJIET
18516. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq l-Isqof Buhagiar, Raħal Ġdid, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?
17/04/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq l-Isqof
Buhagiar, Paola qegħdin isiru xogħlijiet ta’ servizzi li jinkludu bdil tal-main
tad-drenaġġ, bdil tal-main tal-ilma, u bini mill-ġdid tal-bankini u t-triq
inkluż xogħlijiet t’asfalt.
Ix-xogħlijiet huma pjanati li
jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin u huma stmati li jiswew madwar 260,000 Ewro.
Seduta 233
22/04/2024
BORMLA - TRIQ WIĠI ROSATO - XOGĦLIJIET
18515. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq Wiġi Rosato, Bormla, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?
17/04/2024
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li x-xogħlijiet fi Triq Wiġi Rosato qegħdin isiru minn Infrastruttura Malta għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 233
22/04/2024
BORMLA - TRIQ WIĠI ROSATO - XOGĦLIJIET
18514. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq Wiġi Rosato, Bormla, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?
17/04/2024
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’xogħlijiet estensivi ta’ bini mill-ġdid ta’ din it-triq, bix-xogħlijiet jinkludu tqegħid ta’ sistema ġdida tad-drenaġġ, telekomunikazzjoni, konnessjoni ġdida tal-ilma lejn id-djar, bankini ġodda, u xogħol t’asfalt. Dan il-proġett, li qed isir b’investiment ta’ nofs miljun Ewro, mistenni jitlesta fix- xhur li ġejjin.
Seduta 233
22/04/2024
DEĊIŻJONI TA’ SENTENZA
18513. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17217, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14025, 14026 u 14478 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u lill-Prim Ministru rispettivament, u jgħid x’passi ulterjuri ser jittieħdu fir-rigward tal-impjegati varji wara u in konsegwenza tas-sentenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament deċiża fil-25 ta' Frar 2021 u dan kemm għall-impjegati li kienu parti fil-kawża kif ukoll dawk li ma kenux parti imma li għandhom interess?
17/04/2024
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-deċiżjoni
tal-Onorabbli Qorti tal-Appell (Inferjuri) imsemmija fil-mistoqsija kienet
waħda preliminari fejn sal-lum għadu jrid jiġi appuntat għas-smiegħ. Minkejja
dan fis-sena 2019 il-Gvern ħareġ l-iskema ta’ Għotja ta’ Darba, li għadha
miftuħa.
Din l-iskema tkopri wkoll lil
dawk li kienu apprentisti mal-Malta Electricity Board sakemm dan spiċċa u wara
kienu impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta.
Għalhekk, il-persuni msemmija
fil-kawża, kif ukoll oħrajn li kienu apprentisti kif indikat fl-istess skema,
jistgħu japplikaw fejn kull każ ikun assessjat fuq il-merti tiegħu skont dawn
il-kriterji.
Madanakollu, hija kundizzjoni
taħt din l-Iskema li applikant li jirċievi l-għotja jrid jirrinunzja għal kull
pretenzjoni oħra futura marbuta mal-Iskema u jwaqqaf u jirtira kull kawża jew
kawżi magħmula kontra l-Gvern, Awtorità jew entità oħra pubblika. Dan irid isir
billi r-rikorrenti, jew l-eredi tagħhom, f’kull kawża jew kawżi jippreżentaw
dikjarazzjoni maħlufa fir-reġistru tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fejn
jiddikjaraw li qed iċedu u jirtiraw kull kawża jew kawżi pendenti. Prova ta’
din ir-rinunzja u rtirar tal-kawża jew kawżi trid tiġi mehmuża
mal-applikazzjoni kif spjegat fl-istess formola tal-applikazzjoni.
Seduta 233
22/04/2024
QRATI - SENTENZI
18035. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi, fejn il-pieni inflitti kienu dawk ta’ community service orders, probation u sentenzi sospiżi matul is-sena 2023?
03/04/2024
ONOR. JONATHAN
ATTARD: It-tabella li tindika kemm kien hemm sentenzi matul
is-sena 2023 fejn il-pieni inflitti kienu ta’ community service orders,
probation u sentenzi sospiżi kemm fil-Qorti ta’ Malta kif ukoll fil-Qorti ta’
Għawdex tinsab hawn taħt:
|
Community
Service |
Probation |
Sentenzi sospiżi |
Qorti ta’ Malta |
29 |
204 |
305 |
Qorti ta’ Għawdex |
0 |
12 |
14 |
Seduta 233
22/04/2024
QRATI - KOMPILAZZJONIJIET PENDENTI
18034. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kompilazzjonijiet pendenti fil-Qrati ta’ pajjiżna sal-aħħar tas-sena 2023? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi?
03/04/2024
ONOR. JONATHAN
ATTARD: It-tabella li tindika l-ammont ta’ kumpilazzjonijiet
pendenti sal-aħħar tas-sena 2023 kif ukoll l-ammont ta' kumpilazzjonijiet
deċiżi matul is-sena 2023 kemm fil-Qorti ta' Malta kif ukoll fil-Qorti
t'Għawdex tinsab hawn taħt:
|
Kumpilazzjonijiet pendenti |
Kumpilazzjonijiet deċiżi |
Qorti ta’ Malta |
2841 |
850 |
Qorti ta’ Għawdex |
55 |
104 |
Seduta 233
22/04/2024
13.5.24
DEMM POPOLARI
Demokrazija u Verità
2. Inħaddnu s-sistema demokratika li, sa issa, fl-esperjenza umana tibqa’ l-aqwa waħda biex tmexxi ’l-bnedmin. Iktar u iktar meta tkun waħda li tinvolvi diversi persuni fi ħdanha. Dawk li jħossu li l-parteċipazzjoni tagħhom tista’ ssir mingħajr problemi għalihom u għall-familjari tagħhom fil-libertà. Dawk li anzi jifhmu li aħjar ikunu hemm bil-vot u l-vuċi tagħhom milli jħallu l-ispazju lill-oħrajn li ma tantx għandhom, jew iħobbu, l-ispirtu demokratiku. Fil-fatt huwa minnu li s-sistema demokratika trid u titlob proċess kontinwu li bih tibqa’ tiġi sostnuta. Ma tistax tgħid li wasalt. Trid biss tifhem il-bżonn li tkompli timxi fit-triq biex tasal. F’dak li, fuq naħa u fuq l-oħra, tkompli tħaddimha sabiex id-demm popolari jasal sal-kapillari kollha tal-ġisem. F’dan huwa iktar ċert li mingħajr verità m’hemmx demokrazija, u fil-gidba hemm dejjem iktar tirannija.
Għażliet umani
3. F’dan iktar hemm il-bilanċ kontinwu bejn il-liġijiet, li huma l-istrutturi li l-bnedmin jibnu f’soċjetà. L-istess il-kurrenti kulturali u soċjo-ekonomiċi tagħha, u fl-aħħar il-bnedmin: dawk li għandhom ir-responsabbiltà illi jmexxu. Nistgħu nħarsu fit-tul u fl-istorja tagħna lejn dak li sawwar il-proċessi lejn iktar żvilupp. Dak li nistgħu nimmarkaw bħala l-passi li assiguraw l-avvanzi. Dak li seħħ f’Ruma, fejn nagħrfu l-bżonn tal-ordni u l-liġi. Jew dak li ġie irreġistrat mill-bidliet radikali li l-Kristjaneżmu wettaq, fejn ukoll fhimna li hemm liġi ’l fuq minn dik umana. Dak li jikteb il-bniedem jista’ jidher tajjeb, imma meta jitqabbel mal-valuri ta’ liġijiet morali superjuri ma jkunx tant hekk.
Inkella
4. Inkella nifhmu dak kollu li seħħ wara. Imma l-fatt jibqa’ li l-mexxejja f’komunità huma determinanti. Iktar meta dawn jilbsu, b’għażla tagħhom, il-libsa li fiha jibnu ’l hekk imsejjaħ “il-kult tal-personalità”. Fid-differenza bejn il-popolarità ibbażata fuq il-ħidma t-tajba u għaqlija u dik ta’ dawk li trid tiġi assigurata, meħuda, misruqa minħabba dak li l-mezzi ta’ komunikazzjoni jagħtu. Dawk li fuq naħa jippermettu li jkunu għodda ta’ fatti jew inkella, fuq l-oħra, ta’ manipulazzjoni. Fejn politiċi jinbnew fl-artifiċjalità li l-karta taf toħloq.
Il-biċċa dejjem sejra
5. F’dan kollu wieħed jifhem iktar li tħares fejn tħares, il-biċċa hija dejjem sejra. L-Istat demokratiku Malti ma kellux, ċertament, din is-sitwazzjoni qabel. Fis-snin li ilna indipendenti saru allegazzjonijiet varji. Xi wħud barra, imma diversi drabi fil-Kamra tad-Deputati. Ebda ex-Prim Ministru passat ma kellu, però, din il-pożizzjoni. Dik li jsib ruħu fiċ-ċentru ta’ sitwazzjoni li tidher li ilha ġejja. Huwa perikoluż u faċli li wieħed jitlaq jiġri jiġġudika. Daqshekk ieħor li titkellem b’mod żbaljat. Jew tipprova timputa motivazzjonijiet għal dak li qiegħed isir mingħajr ma tħares lejn il-fatti u l-verità. Il-ġiri huwa iktar ikkumplikat. Min ma jħarisx li jkun kawt u lura biex iħares oġġettivament, f’dan, flok jgħin ikun qiegħed jikkumplika s-sitwazzjoni. Flok toħroġ il-verità, din tispiċċa biex tinħeba. Hi x’inhi l-pożizzjoni xorta fiha s-serjetà tagħha, li ħadd ma jista’ jaħrab.
Ebda vantaġġ
6. Minn dawn is-sitwazzjonijiet ftit, jekk mhux xejn, huma l-vantaġġi politiċi li jistgħu jissarrfu. Dan iktar u iktar fl-esperjenzi ta’ dawn l-aħħar snin. Ikun żball għad-demokrazija tagħna li sabiex jiżdiedu dawk li jivvutaw, naħa jew oħra, iridu jiġu msaħħna bil-qawwa li nqabdet favur jew kontra dak li hu għaddej. Il-bnedmin għandhom jieħdu sehem fid-demokrazija bl-użu tar-raġuni, fil-libertà, u mhux fil-mumenti varji tar-rabja. L-esperjenza turi li dawk li jiġu identifikati bħala l-vittmi jiggwadanjaw mill-elettorat, anki jekk jista’ jkun li ma jkunu xejn hekk. Din hija dejjem triq perikoluża ħafna, u waħda li faċli toħroġ mill-kontroll. Bnedmin innoċenti batew u sofrew proprju minħabba dan kollu fil-passat, u qed ikomplu llum. Feriti li ma jfiqux jekk mhux bi proċess twil ta’ żmien li jipprova jdewwi, salv u sal-punt ta’ dawk li jiddeċiedu li jerġgħu jiftħulhom dak li jkun kważi ngħalaq.
F’dan, pajjiżna jitlef dejjem
7. Iktar minn hekk, pajjiżna qiegħed jitlef ma’ kull ġurnata li tgħaddi. Hemm min jista’ jqabbel dan ma’ dak li hu għaddej ġewwa pajjiżi oħra. Imma l-fatt waħdu, fih innifsu ma jsarrafx wisq ta’ ġid għar-reputazzjoni sħiħa tagħna. Dik mal-oħrajn, imma l-iktar magħna nfusna. Protesti, min-naħa u minn oħra, kif joħorġu mill-idejn ta’ dawk li jkunu kkarġaw bnedmin li mhumiex mgħarrfa mill-fattti veri jfakkruna f’dak l-imrar li waslu fih soċjetajiet oħra. M’aħniex fi stat fejn hemm xi bżonn ta’ rivoluzzjoni, u la Franċiża u lanqas Russa. Hemm, minflok, il-bżonn ta’ iktar użu tar-raġuni. Iva, hemm bżonn riforma. Iktar determinazzjoni sabiex id-defiċit morali li ninsabu fih, jispiċċa. Il-liġijiet jistgħu jgħinu. Iktar rispett veru u mhux apparenti lejn l-istituzzjonijiet. Imma, fuq kollox, li wieħed jassigura bnedmin li huma deċiżi jservu b’integrità fis-servizz demokratiku.
Il-valuri tagħna
8. F’dan kollu, tħares fejn tħares, din hija sejħa u sfida għal dak li nemmnu fih bħala soċjetà. Il-pajjiż jista’, temporanjament, jiftaħar li m’għandux defiċit ekonomiku. Imma għandu defiċit ieħor. Hemm, f’dan, min għandu interess li dan jiġi rettifikat, li nirbħu lura l-valuri demokratiċi tagħna u hemm min hu komdu li le. Fit-taħwid, fil-konfużjoni ġenerali, jirbaħ hu. Pajjiżna jixraqlu aħjar minn hekk. Jixraqlu li nifhmu u naħdmu sabiex ma jkollniex iktar id-defiċit morali li għandna bħalissa. Għandna dmir li nibqgħu nitkellmu u ma nisktux ninsistu li l-affarijiet isiru fir-rispett ta’ dawk il-valuri li jsawruna. Dawk li jassiguraw klima u ambjent politiku li fih inkabbru l-verità, l-onestà u l-awtentiċità. Ħidma sabiex il-verità toħroġ u ssir magħrufa, għax fuq hekk biss id-demm popolari u demokratiku jasal sal-kapillari kollha tal-ġisem.
KUMMISSARJI GĦALL-ĠUSTIZZJA - APPELLI PENDENTI MINN SENTENZI MOGĦTIJA
19079. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti minn sentenzi mogħtija mill-Kummissarji għall-Ġustizzja sal-aħħar ta’ Marzu 2024?
03/05/2024
ONOR. JONATHAN
ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’
appelli pendenti minn sentenzi mogħtija mill-Kummissarji għall-Ġustizzja
sal-aħħar ta’ Marzu 2024 kien ta’ erbat elef u tmienja u tmenin (4088)
fil-Qorti ta’ Malta u dsatax (19) fil-Qorti ta’ Għawdex.
Seduta 240
08/05/2024
ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ BORMLA - XOGĦLIJIET
19078. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru ġewwa Triq Bormla, Ħaż-Żabbar u kemm ser idumu għaddejjin u kemm huma stmati li ser jiġu jiswew?
03/05/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din
il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 240
08/05/2024
ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ BORMLA - XOGĦLIJIET
19077. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru ġewwa Triq Bormla, Ħaż-Żabbar u kemm ser idumu għaddejjin u kemm huma stmati li ser jiġu jiswew?
03/05/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li
għamlet Infrastructure Malta fi Triq Bormla, Zabbar ilhom lesti mis-sena
l-oħra.
Seduta 240
08/05/2024
KAMPUS TAL-UNIVERSITÀ – SIĠAR TAŻ-ŻEBBUĠ MIŻBURA
19076. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm siġar taż-żebbuġ fil-kampus tal-Università u kemm minnhom inżabru u jekk ż-żebbuġ kollu ġiex miġbur fis-sena li għaddiet?
03/05/2024
ONOR. CLIFTON
GRIMA: Infurmat li fl-Università hemm mal-263 siġra
taż-żebbuġ. Dawn jiġu miżbura skont in-neċessità.
Infurmat li madwar ir-ringroad tal-Università hemm 20 siġra, imma huma propjeta
ta' Nature Trust. Filwaqt li fil-Junior College hemm 72 siġra taż-żebbuġ.
Seduta 240
08/05/2024
IL-FGURA – PROBLEMI FIL-KANTUNIERA BEJN TRIQ IL-KAMPANELLA U TRIQ IL-KARMELITANI
19075. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24300 u 24302 li saru fit-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk jekk fil-frattemp sarux spezzjonijiet neċessarji fil-problemi li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani, il-Fgura senjatament f’din it-triq billi hemm partijiet li ser jisfrundaw internament fil-garaxxijiet ta’ terzi?
03/05/2024
ONOR. CHRIS BONETT: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Seduta 240
LIBRERIJA TAL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA – COMPUTERS/LAPTOPS GĦALL-VIŻITATURI
19074. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fil-librerija tal-Università ta’ Malta jkun hemm għad-dispożizzjoni tal-viżitaturi, computers jew laptops sabiex jiġu utilizzati?
03/05/2024
ONOR. CLIFTON
GRIMA: Infurmat li l-Librerija tal-Università għandha diversi
computers li huma aċċessibbli permezz ta’ username u password assenjati
lill-istudenti u akkademiċi rreġistrati mal-Università.
Infurmat ukoll li dawk
il-viżitaturi li m’humiex reġistrati mal-Università jistgħu jkollhom aċċess
għall-internet minnfuq laptops personali billi jingħataw Guest Account li jiġi
provdut mill-Librerija.
Seduta 240
08/05/2024
IL-FGURA – PROBLEMI FIL-KANTUNIERA BEJN TRIQ IL-KAMPANELLA U TRIQ IL-KARMELITANI
19073. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 24300 u 24302 li saru fit-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-frattemp sarux spezzjonijiet neċessarji fil-problemi li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani, il-Fgura senjatament f’din it-triq billi hemm partijiet li ser jisfrundaw internament fil-garaxxijiet ta’ terzi?
03/05/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li
minn spezzjoni viżwali li saret matul il-jiem li għaddew ma jidhirx li hemm
ħsarat fil-post imsemmi. Ser ikunu qed jerġgħu isiru spezzjonijiet oħrajn kif
meħtieġ.
Seduta 239
07/05/2024
KOTBA MOGĦTIJA LILL-ISTUDENTI
19072. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma t-titoli tal-kotba li ġew mogħtija lill-istudenti reċentement kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż?
03/05/2024
ONOR. CLIFTON GRIMA:
Ninforma
lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Seduta 239
07/05/2024
SPORTMALTA U L-KUNTRATTUR TAX-SHOOTING RANGE - FTEHIM
19071. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18518, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha rilevanti tal-ftehim bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range, billi dawn ma kenux kompleti?
03/05/2024
ONOR. CLIFTON GRIMA:
Ninforma
lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Seduta 239
07/05/2024
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18549. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dik id-Direttivi li taqa’ taħt il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li għandha terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 hija s-segwenti:
Direttiva |
Skadenza |
Direttiva 2022/431
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda
d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati
mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol. |
05/04/2024 |
Din id-Direttiva ġiet
trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk m’hemm l-ebda Direttiva li għadha
pendenti
Seduta 239
07/05/2024
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18548. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. BYRON
CAMILLERI: Infurmat li, sad-data tal-lum, ma hemm l-ebda
direttivi li qabżu d-data tal-iskadenza tat-traspożizzjoni.
Seduta 239
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18547. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. CLYDE
CARUANA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-direttivi
li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li għandhom terminu ta’ skadenza
għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti:
Direttiva |
Skadenza |
Direttiva (UE) 2022/2464
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda
r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva
2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv
dwar is-sostenibbiltà |
06/07/2024 |
Direttiva Delegata
tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva
2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti
tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u
kbar |
24/12/2024 |
Direttiva tal-Kunsill (UE)
2022/542 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u (UE)
2020/285 fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud |
31/12/2024 |
Direttiva tal-Kunsill (UE)
2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar
is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur mi¿jud fir-rigward tal-iskema
speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward
tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni
għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali
għall-imprizi ż-żgħar |
31/12/2024 |
Dawn id-direttivi għadhom ma
ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk huma kollha pendenti.
Seduta 239
07/05/2024
7.5.24
TKAXKIRA TAJBA
F’Londra
2. F’dan ingħaqad ukoll ir-riżultat aktar iebes li f’Londra, is-Sindku tal-Partit Laburista Sadiq Khan (1970) ġie ri-elett għat-tielet darba. Ikkonfermat mill-2015 fil-pożizzjoni prestiġġjuża u li l-esperjenza politika Ingliża turi li hija kapaċi tibdel il-burdati u l-effetti elettorali fil-pajjiż kollu. Ikkunsidrat bħala Laburist moderat u soċjal-demokratiku, is-sitwazzjoni ġiet għalhekk iktar ikkonsolidata fl-għarfien li tul din is-sena elettorali ser naraw tibdiliet oħra. B’abbiltà, Khan irnexxielu jirreġistra 1,088,225 vot, 43.8% favur il-partit kontra l-kandidata Konservattiva Susan Hall (1955), li ġiebet 812,397 vot, 32.7%, li jfisser distakk ta’ kważi 276,000 vot. Pożizzjoni li tindika iktar kemm is-sitwazzjoni hija gravi u issa, wara li f’Mejju 2010, erbatax-il sena ilu daħlu fil-Gvern, waslu fil-venda tagħhom huma ukoll. Ma’ dan żdied ukoll ir-riżultat iktar iebes u soffert fil-West Midlands, fejn il-Konservattivi, taħt is-Sindku Andy Street, tilfu b’1,508 vot għal dak Laburist ta’ Richard Parker.
Prim Ministri
3. F’dan ukoll, l-instabilità li rajna fin-numru ta’ persuni li sabu ruħhom fir-responsabbiltà li jmexxu lil dan il-pajjiż f’dan il-perjodu iebes post-Brexit, ma tantx għen. Minn David Cameron (1966), għal Teresa May (1956), għall-perjodu l-iktar ikkumplikat ta’ Boris Johnson (1964), għad-diżastru ta’ Liz Truss (1975) u issa fil-Gvern bħalissa b’Rishi Sunak (1980). F’dan iż-żmien kien hemm wisq tibdil u wisq deċiżjonijiet li ħallew effetti negattivi u li minħabba fihom, diversi f’elettorat, mhumiex konvinti. Ir-Renju Unit għadda, u jinsab għaddej minn wisq problemi li jitolbu iktar stabilità. Huwa iktar ċar li l-Partit Konservattiv, fis-sistema interna li bena fil-kunflitti tiegħu, il-gwerer ċivili tagħhom, juru li m’għandux paċi u wisq inqas politika vera għal dan il-pajjiż. Iktar u iktar fl-aħħar deċiżjoni marbuta mal-immigrazzjoni irregolari. Pass ċertament perikoluż u ferm lura minn dak kollu li din iċ-ċiviltà tirrappreżenta fis-sħiħ tagħha.
Deċiżjoni xejn tajba
4. F’dan jidher li kien hemm reazzjonijiet xejn pożittivi għad-deċiżjoni tal-Gvern Konservattiv li jgħaddi liġi li tippermettilu jibgħat immigranti irregolari fl-Istat tar-Rwanda. Iktar u iktar meta sar l-iżball politiku akbar li waqt il-kampanja joħroġ filmat ta’ persuni li jidhru effettivament jittieħdu hemm. Fil-kuntrarju ta’ dak li ilu jiġri f’dawn is-snin, li kull pajjiż firmatarju jrid jeżamina u jiddeċiedi fuq it-talbiet għall-ażil, hawn ser ikun dak il-pajjiż, ir-Rwanda, bil-liġijiet tiegħu, li jiddeċiedi. Il-Gvern, wara ħafna biddel il-Human Rights Act li kien ġieb fis-seħħ il-Partit Laburista ta’ Tony Blair (1953) b’mod u manjiera li l-Qrati Ingliżi ma jibqgħux legalment permessi li jiddeċiedu fuq dawn il-każijiet. Dan qiegħed jinkwieta iktar lil dawk li jridu li dan jibqa’ pajjiż li jirrispetta d-drittijiet fundamentali fil-livelli li kellu u f’dawk iktar li jista’ jilħaq.
Iktar ser jikkumplikaw
5. Dan huwa iktar u iktar ikkumplikat għax ir-Renju Unit fil-fatt, għalkemm ħareġ minn ħdan l-Unjoni Ewropea, għadu sa issa parti mill-Kunsill tal-Ewropa. Għalhekk għadu taħt il-konvenzjonijiet tagħha. Fosthom, l-iktar importanti, il-poteri li l-Qorti Ewropea tagħti bil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (European Convention on Human Rights). Aħna wkoll, bħalhom, parti minn din is-sistema legali, li tiggarantixxi aħjar il-protezzjoni tal-bniedem fid-dinjità u d-drittijiet tiegħu. Biss, din il-pożizzjoni trid iktar ħsieb għax, kif inhuwa mistenni, ser ikun hemm kawżi ippreżentati fuq l-illegalità ta’ din il-liġi quddiem il-Qorti Ewropea kontra r-Renju Unit. Ma naħsibx li ser jiġu miċħuda; anzi, milqugħa.
Vladimiro Zagrebelsky (1940)
6. Dan il-punt ġie sottolinjat f’artiklu li kiteb riċentement, nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju, li deher fil-gazzetta Taljana La Stampa, bit-titolu ‘Così Londra Dimentica La Protezione dei Migranti’. Wieħed li huwa miktub minn ġurista, imħallef għal ċertu żmien iservi fi ħdan dik il-Qorti Ewropea. Bniedem li huwa stmat sew, flimkien ma’ ħuħ Gustavo (1943), fid-dinja legali l-iktar avvanzata. F’dan l-artiklu, l-awtur jiġbed l-attenzjoni ċara għall-fatt li b’dak li hu għaddej, u bl-effetti ta’ sentenza Ewropea kontra r-Renju Unit, il-konsegwenzi jistgħu jkunu dawk li dak il-pajjiż jispiċċa huwa wkoll barra. Daqqa ta’ ħarta, li tiżdied ma’ dik tal-Federazzjoni Russa u li żżid fil-moviment anti-demokratiku ta’ dawk li jridu jċekknu u jżarmaw dak li l-proġett politiku Ewropew stabbilixxa f’dawn l-aħħar ħamsin sena.
Bidla
7. Dan huwa ta’ nkwiet għalina wkoll. Ħadd m’għandu jaħseb li d-deċiżjoni estremista tal-Gvern Konservattiv Ingliż hija tajba. Apparti l-pożizzjoni ovvja li qegħda ċċekknu, dan jiżdied iktar u iktar fil-kuntest li f’dawn il-mijiet ta’ snin dak il-pajjiż kien forma ta’ mudell ta’ demokrazija u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali għal diversi pajjiżi. Pajjiżna għandu għalfejn jinkwieta għax din mhix politika li tkabbar ’l-Ewropa u tmexxi ’l quddiem din iċ-ċiviltà li aħna parti minnha. Il-ħsara f’dak li hu għaddej, u li nara fil-prestiġju tal-pajjiż, tista’ tiġi ikkontrollata lura meta jissejħu elezzjonijiet ġenerali f’dak il-pajjiż.
Tul din is-sena
8. M’hemmx dubju li l-piż u r-responsabbiltà fuq dan il-mexxej ġdid, Keir Starmer, li daħal in segwitu għall-aħħar elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2019 li fiha Jeremy Corbyn (1949 tilef, m’huma faċli xejn. Diġà r-Renju Unit qiegħed ibati mill-effetti iebsa li ġieb il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea sija fl-ekonomija, kif ukoll fil-ħajja soċjali. Ma jiflaħx, għalhekk, għal daqqa oħra fid-demokrazija. Sa issa, minn meta fl-24 ta’ Ottubru 2022 daħal fil-kariga Rishi Sunak, il-pożizzjoni marret għall-agħar. Ipprova kemm seta’, ċertament, però l-partit ma tantx qiegħed jgħinu, fil-kumplikazzjonijiet interni li għandu. Huwa ċar li hemm proċess li huwa issa ferm u ferm iktar inevitabbli. Huwa f’dan iktar ċar li b’dan ir-riżultat ser ikun hemm maġġoranza għall-Partit Laburista fil-House of Commons. Ir-riżultati li fil-fatt juru li l-Partit Konservattiv sejjer, biċċa biċċa, lejn li jaqla’ tkaxkira tajba.
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18546. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. SILVIO
SCHEMBRI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dik id-Direttiva
li taqa’ taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapri¿a u Proġetti Strateġiċi
u li għandha skadenza għat-traspo¿izzjoni fis-sena 2024 hija s-segwenti:
Direttiva |
Skadenza |
Direttiva (UE) 2019/1023
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar oqsma ta'
ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar
mi¿uri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw
ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva
(UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza |
17/07/2024 |
Din id-Direttiva ġiet
parzjalment trasposta fil-liġi nazzjonali għajr għall-Artikolu 28 li għandu
data ta’ skadenza 17/07/24
Seduta 238
06/05/2024
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18545. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-Direttivi
li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet
Pubbliċi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024
huma s-segwenti:
Direttiva |
Skadenza |
Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE,
1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħhas li jrid isir mill-vetturi
għall-użu ta’ċerti infrastrutturi |
25/03/2024 |
Direttiva (UE) 2023/946
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda
d-Direttiva 2003/25/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ rekwiżiti mtejba
tal-istabbiltà u l-allinjament ta’ dik id-Direttiva mar-rekwiżiti
tal-istabbiltà definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali |
05/12/2024 |
Dawn id-Direttivi kollha
għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha
pendenti.
Seduta 238
06/05/2024
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18544. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. CLAYTON
BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru
għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza
għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhemm m’għandu l-ebda
Direttiva li għadha pendenti.
Seduta 238
06/05/2024
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. CLIFTON
GRIMA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba
tal-mistoqsija parlamentari 12962.
Seduta 238
06/05/2024
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18542. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. CLINT
CAMILLERI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru
għal Għawdex u l-Ippjanar m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza
għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda
Direttiva li għadha pendenti.
Seduta 238
06/05/2024
DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI
18541. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tagħha matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
17/04/2024
ONOR. JULIA
FARRUGIA PORTELLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru
għall-Inklużjoni u l-Volontarjat ma għandu l-ebda Direttiva bi skadenza
għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk ma għandu l-ebda
Direttiva li għadha pendenti.
Seduta 238
ŻERA' T-TAMA
1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...
-
1. Nhar il-21 ta’ Mejju kont qiegħed fil-knisja dedikata lil Santa Teresina ġewwa Birkirkara nattendi għall-funeral ta’ Patri Redent tas-Sal...
-
20788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f&...
-
1484. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ki...