16.5.24

RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ISQOF BUHAGIAR - XOGĦLIJIET

18516. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq l-Isqof Buhagiar, Raħal Ġdid, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?

 

17/04/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq l-Isqof Buhagiar, Paola qegħdin isiru xogħlijiet ta’ servizzi li jinkludu bdil tal-main tad-drenaġġ, bdil tal-main tal-ilma, u bini mill-ġdid tal-bankini u t-triq inkluż xogħlijiet t’asfalt.

 

Ix-xogħlijiet huma pjanati li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin u huma stmati li jiswew madwar 260,000 Ewro.

 

Seduta  233

22/04/2024

No comments:

MCLUHAN MHUWIEX BAUMAN

1. Nifhem li dak li nikteb jaf ikun skomdu. Niskuża ruħi, u ngħid li mhuwiex intenzjonat għal hekk imma sabiex jingħad dak li naħseb l...