13.5.24

LIBRERIJA TAL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA – COMPUTERS/LAPTOPS GĦALL-VIŻITATURI

19074. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li fil-librerija tal-Università ta’ Malta jkun hemm għad-dispożizzjoni tal-viżitaturi, computers jew laptops sabiex jiġu utilizzati?

 

03/05/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Infurmat li l-Librerija tal-Università għandha diversi computers li huma aċċessibbli permezz ta’ username u password assenjati lill-istudenti u akkademiċi rreġistrati mal-Università.

 

Infurmat ukoll li dawk il-viżitaturi li m’humiex reġistrati mal-Università jistgħu jkollhom aċċess għall-internet minnfuq laptops personali billi jingħataw Guest Account li jiġi provdut mill-Librerija.

 

Seduta  240

08/05/2024

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...