13.5.24

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18547. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

17/04/2024

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk id-direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li għandhom terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 huma s-segwenti:

 

Direttiva

Skadenza

Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà

06/07/2024

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2775 tas-17 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustamenti tal-kriterji tad-daqs għal impriżi jew gruppi mikro, żgħar, ta’ daqs medju u kbar

24/12/2024

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2022/542 tal-5 ta’ April 2022 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u (UE) 2020/285 fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

31/12/2024

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur mi¿jud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-imprizi ż-żgħar

31/12/2024

 

Dawn id-direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk huma kollha pendenti.

 

Seduta  239

07/05/2024

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...