13.5.24

IL-FGURA – PROBLEMI FIL-KANTUNIERA BEJN TRIQ IL-KAMPANELLA U TRIQ IL-KARMELITANI

19073. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 24300 u 24302 li saru fit-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-frattemp sarux spezzjonijiet neċessarji fil-problemi li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani, il-Fgura senjatament f’din it-triq billi hemm partijiet li ser jisfrundaw internament fil-garaxxijiet ta’ terzi?

 

03/05/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li minn spezzjoni viżwali li saret matul il-jiem li għaddew ma jidhirx li hemm ħsarat fil-post imsemmi. Ser ikunu qed jerġgħu isiru spezzjonijiet oħrajn kif meħtieġ.

 

Seduta  239

07/05/2024

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...