16.5.24

LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA

18526. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

 

17/04/2024

 

ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa ma kienx hemm laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa relatati mas-settur li jaqa’ taħti. Nikkonferma wkoll li bħalissa ma hemm l-ebda laqgħa prevista sal-aħħar ta’ Ġunju, li għandi informazzjoni dwarha.

 

Seduta  235

24/04/2024

No comments:

FIĊ-ĊIRKOSTANZI LI NINSABU

1. Għandi dubji fuq kemm id-dinja mxiet ’il quddiem f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena. B’ “’il quddiem” nifhem il-progress li jitkatta...