13.5.24

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18549. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?

 

17/04/2024

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dik id-Direttivi li taqa’ taħt il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni u li għandha terminu ta’ skadenza għat-traspożizzjoni fis-sena 2024 hija s-segwenti:

 

Direttiva

Skadenza

Direttiva 2022/431 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol.

05/04/2024

 

Din id-Direttiva ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk m’hemm l-ebda Direttiva li għadha pendenti

 

Seduta  239

07/05/2024

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...