18530. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
17/04/2024
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu
tas-sena, fil-kapaċità tiegħi bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u
x-Xogħlijiet Pubbliċi, ipparteċipajt b’mod attiv fil-laqgħa informali
tal-Ministri tat-Trasport li saret fi Brussell, fit-3–4 ta’ April 2024. Barra
minn hekk, bħala parti mill-impenji li ġejjin, se nkun qed nattendi wkoll
il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport li ser isir fit-18 ta’ Ġunju
fil-Lussemburgu.
Seduta 236
No comments:
Post a Comment