Il-Blog ta' Carm Mifsud Bonnici
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
19.10.26
IS-SENS TAT-TMIEM
2. Naraw il-mewt bħala traġedja. It-tmiem tal-ħajja mhix aċċettata mill-bniedem. Minkejja snin ta’ eżistenza, nibqgħu marbuta b’rabta materjali mal-ħajja.
3. Qisna naċċettaw biss il-mewt ta’ xi ħadd li qabeż ħafna numri. Hemm biss qisna ma ngħidux “jaħasra”. Hemm biss forsi nagħlqu għajnejna, anzi rriduha, għax hemm il-probabbiltà tal-agunija.
4. Quddiem dan, il-bniedem jieqaf u jirrifletti. Quddiem il-ħajja ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-bniedem jidher li anqas biss beda. Ir-rivoluzzjoni ta’ ħsieb ma tistax tiġi kkalkulata. Ma tistax għax il-moħħ tal-bniedem irid jintelaq aktar u aktar fuq Triqtu biex jibda jidħol.
5. Kristu ġie biex imut. Ġie biex jgħaddi mill-passjoni. Il-ħruxija li bata ma kenitx aċċidentali; kienet intenzjonata. U, aktar u aktar, mhux biss, kien ħerqan li jmut kif miet.
6. Ħajja dedikata għall-proxxmu. Ħajja li l-kelma ‘altruwiżmu’ ma tfissirx biżżejjed is-sagrifiċċju u ċ-ċaħda ta’ kollox. U, ngħid jien, kif nista’ jirnexxili nimitak, Sidi, jekk moħħi biex nara kif se ngħix fit-tul u ma nbatix? Nitolbok, għallimni u ibdilni kif trid Int, u Int biss.
MA RRIDX NISTĦI NIMXI MIEGĦEK
2. Aktar ma jkollhom ilbies sabiħ, aktar ma jkollhom fwieħa, aktar ma jkollhom l-immaġini ta’ eroj ... iktar tara lil min irid jimxi magħhom. Jidher fil-pubbliku jħokk spalla ma’ spalla magħhom.
3. Aktar ma jkunu importanti, aktar ma jkollhom poter ... iktar tara nies jiġru warajhom. Nies jistennewhom, lesti li jservuhom.
4. Iżda min ma għandux, min mhux sinjur, min mhux meqjus tajjeb mill-oħrajn ... tarahom jinsewh. Tarahom jiskartawh. Tarahom jistmerruh. Jisħtuh. Qisu għandu l-pesta!
5. Id-dinja daret aktar minn darbtejn, iżda bqajna nqisu kollox minn barra. Il-Lhud kienu staqsew lil Sidna Ġesù Kristu kif kienet dik li s-sinjuri u l-puliti qegħdin fil-possibilità akbar mill-oħrajn li ma jmorrux il-ġenna. Kienu qalu: allura ħadd ma jista’ jidħol.
6. Bqajna l-istess. Bqajna naħsbu bħal-Lhud. Iżda l-verità hija oħra u hemm bżonn li ninbidlu. Aktar ma tkun ma’ min ma għandux u ma’ min ma huwa xejn quddiem għajnejn id-dinja, aktar tiskopri l-verità. Għax min m’għandux, jagħtik; u min għandu jiġi mgħallem li għandu jżommu għalih.
IMĦABBAR
2. Sustanza li tidħol fiha u titpaxxa. Titpaxxa f’sens li tieħu pjaċir tiskopri dak li ma tafx. Qisek tħossok qed tinfirex fejn ġismek irid jinfirex.
3. Il-bniedem irid jitgħallem. Il-bniedem jitpaxxa meta jiltaqa’, jew aħjar, meta jħossu qiegħed jersaq lejn l-għerf. Iżda din ma hix illużjoni; hija verità.
4. Hemm min jifred il-verità mir-reliġjon. Min jaħseb li waħda m’għandhiex x’taqsam mal-oħra. Ifittex, iżda ma jafx jinterpreta tajjeb dak li moħħu jrid. Itih l-iżball. Itih il-firda ineżistenti tat-twemmin mill-verità.
5. Sidna Ġesù Kristu kien imħabbar li se jiġi. Imħabbar mhux biss fid-dettall kbir u ċar lil-Lhud, iżda wkoll lil diversi razez oħra. Iċ-Ċiniżi, il-Griegi, ir-Rumani kollha kitbu fuq Dak li għad jiġi. Kien imħabbar mhux biss lil-Lhud iżda wkoll lil oħrajn. Din hija l-verità miktuba.
6. Hija bluha li ma naċċettawx li dak li qegħdin infakkru seħħ fil-verità. Seħħ bi pjan Divin, u għalhekk il-mewt u l-qawmien Tiegħu mhumiex immaġinazzjoni, iżda verità.
15.10.26
ID-DIFENSUR PAWLIN
2. Quddiem tant protesti, fejn saħansitra qaluli li qed nipprova ngħolli lil San Stiefnu fuq dahar San Pawl, wieħed avukat qalli li kont legalment żbaljat għax ma tajtx smigħ xieraq lil San Pawl billi d-difiża tiegħu ma kontx smajtha.
3. U dan l-aħħar argument kien tassew validu. Lil San Pawl ma kontx tajt vuċi għad-difiża tiegħu. Dlonk ftakart li l-editur jismu Pawlu, u aktar u aktar fhimt kemm is-sitwazzjoni tiegħek kienet gravi.
4. L-illuminatur tiegħu San Franġisk de Sales (li kien daħħalni fil-basla tal-artiklu l-ieħor) bħad-dawl ta’ Damasku wasal għalija u f’ħakka t’għajn kont fhimt id-difiża ta’ Pawlu.
5. U nistqarr li San Pawl kundanna ma setax kellu għax il-liġi ta’ Kristu kien għadu ma jafx. Kien biss qiegħed jobdi l-ordnijiet, konvint b’ruħu u b’ġismu li kien strument tas-sewwa. Kif stajt jien nikkundannah? Il-liġi tagħna, quddiem dawn ir-raġunijiet, tinsisti fuq liberazzjoni. Nerġa’ ngħid, kif stajt nikkundannah?
6. San Pawl, fil-festa tiegħek nitolbok tipproteġina mis-segwaċi tiegħek u taħfirli jekk b’xi dawl ikrah oskurajtek, iżda nistqarr miegħek li jien ma naħti xejn. Kien biss San Franġisk li wżani. U dan ma nafx għalfejn.
KOMPLIĊI FID-DELITT
2. Il-liġijiet tal-bnedmin ma jimxux id f’id ma’ dan it-taraġ. Anzi għandhom taraġ tagħhom. Il-piena tad-delitt hija l-metru tal-kejl ta’ dan.
3. L-omiċidju, il-qtil volontarju, intenzjonat, ta’ persuna umana huwa dnub tassew oħxon. Daqshekk ieħor huwa wkoll l-ogħla fost id-delitti fil-liġijiet tal-pajjiż.
4. Anzi l-liġi tagħna hija iktar iebsa fuq dawk li b’xi mod jgħinu biex iseħħ id-delitt. Jgħinu sija b’għajnuna fiżika, sija b’għajnuna morali. Tant hu għoli l-grad li dan jista’ jseħħ ukoll b’omissjoni. Billi ma twaqqafx lil dak li stajt twaqqaf.
5. U San Stiefnu, wara li xerred il-verità, sab ruħu mħaġġar. Dan ma kienx qatel, anqas ma kien dineb. Għażlu li joqtluh għax widnejhom ma felħux jisimgħu kliem is-sewwa.
6. Ħdejn id-delitt, il-kompliċi Pawlu nxteħet iserraħ moħħ il-ħaġġara li ħadd ma kien se jisirqilhom ħwejjiġhom. U dan sabiex jimmiraw tajjeb u bil-qalb.
7. Bil-qalb u lejn il-qalb. Iżda minn dik il-qalb imġarrfa ma ħariġx imrar. Ħarġet biss ix-xmara kbira ta’ mħabba. Ta’ tant qawwa li t-talba tal-martri, sabiex dak id-dnub ma jitniżżilx fuq il-kont tal-kompliċi fid-delitt, seħħet. Mhux biss, iżda dik il-qawwa kienet tali biex biddlet il-kompliċi fl-akbar qaddis.
IL-WERRIET JIBQA' WERRIET
2. Ir-Rumani għallmu dejjem li min ikun werriet, jibqa’ werriet. Min ma huwiex, jibqa’ barra. L-istess min ikun talab sehmu qabel.
3. Il-kliem li l-missier jgħid lil ibnu hekk kif jaslu mill-għalqa huma kollha rifless ta’ dan kollu. Dak l-iben jgħidlu li huwa dejjem kien serv fidil iżda qatt ma ġie ppremjat, mentri ħuh, li minn dan ma kienx, kien qed jiġi onorat.
4. Il-missier iwieġeb li dak kollu li hemm huwa tal-iben. U dawk il-kliem diversi drabi jżommuni naħseb. Dan għax fil-ħajja tagħna mhux l-ewwel darba li nisma’ minjgħid li aħjar jekk tkun ħażin u tagħmel kemm tiflaħ ħmerijiet għax ser tkun rebbieħ. U dan is-sentiment ta’ għira li tipprova tiġi mkebbsa hija biss ħolma żbaljata.
5. Dan għax ulied is-sewwa jibqgħu dejjem werrieta tal-ġid tal-Missier. U, għalkemm ma jiħdux it-tgawdija tiegħu qabel ma jirtu, jibqgħu dejjem il-werrieta tiegĦu. Dawk li se jgawdu mis-sewwa tiegĦu se jgawdu sal-aħħar taż-żminijiet u għandhom aktar mertu minn dawk li jberbqu.
AVUKAT, IŻDA DEJJEM NISRANI
1. Illum il-ġurnata għandna għal qalbna d-demokrazija. U magħha għandna wkoll l-opinjoni pubblika, li hija l-essenzjal fid-demokrazija.
2. Iżda dan waħdu ma jfissirx li l-opinjoni tal-pubbliku hija dejjem tajba. Hemm min jaħseb li din hija r-regola, li fuq din għandek timxi u lil din għandek togħġob.
3. U, għalhekk, diversi drabi wieħed ma jkunx jista’ jifhem li bejn x’jgħidu n-nies fuqu u x’għandu jagħmel huwa hemm baħar. Baħar imqalleb ta’ ħsieb li wieħed irid jaqsam biex iwassal lilu nnifsu għat-tajjeb.
4. Mhux l-ewwel darba li wieħed jimmaġina li, għax huwa professjonista ta’ ħaġa jew oħra, dik il-professjoni waħedha tippermettilu jagħmel ħwejjeġ li huma fihom infushom ħżiena. Li jista’ jagħti pariri kontra s-sewwa jew li huwa jagħmel kontra dan għax ixidd xi ġilda oħra. U li għandu jagħti widen lil x’taħseb l-opinjoni pubblika.
5. Il-baħar tal-qasma huwa tassew imqalleb, u bejn il-prattika u d-deċiżjoni meħuda fil-mument il-possibilità tal-għarqa hija kbira. Inżomm biss mad-dawl tal-fanal li ma’ kull dawra jfakkarni lijien l-ewwel Nisrani u wara avukat.
IS-SENS TAT-TMIEM
1. Mhix l-ewwel darba li ssib lil ħabib jitkellem fuq il-mewt. Ftit huma dawk li jitkellmu fuq l-aspett filosofiku. Iżda ħafna huma dawk li ...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...