35182. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33526, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-impatt u l-implikazzjonijiet għas-suq tagħna u dawk marbuta ma’ spejjeż relatati mat-trasport?
13/03/2026
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżura proposta, kif riflessa fit-traspożizzjoni nazzjonali tad-dispożizzjonijiet ta’ infurzar tal-ADR (*), tistabbilixxi b’mod strutturat il- klassifikazzjoni ta’ ksur relatati mat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq f’tliet kategoriji ta’ riskju distinti, li jvarjaw minn riskju għoli (Kategorija I) għal riskju baxx (Kategorija III).
Mill-perspettiva nazzjonali, l-impatt fuq Malta huwa mistenni li jkun primarjament ta’ natura regolatorja u operattiva aktar milli strutturali. Fil-konfront tal-ispejjeż relatati mat-trasport, kwalunkwe impatt huwa mistenni li jkun limitat u indirett.
B’mod ġenerali, din il-miżura tikkontribwixxi
b’mod pożittiv għas-sigurtà fit-toroq, għall-protezzjoni ambjentali u
għall-kjarifika regolatorja, filwaqt li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq
tat-trasport u allinjament sħiħ mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea.
Seduta
Numru 450
No comments:
Post a Comment