28.4.26

IL-KALKARA - BAJJA TAR-RINELLA - XOGĦLIJIET

35788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31709, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm sabiex tiġi rranġata l-parti tal-Bajja ta’ Rinella, fil-Kalkara msemmija fl-istess tweġiba?


15/04/2026


ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti tat-tender għax-xogħlijiet ta’ tisħiħ tal-pedamenti, rikostruzzjoni tal-parti mwaqqa’, parti mill-pont u xogħlijiet oħra strutturali fuq dan l-aċċess antik li mill-Bajja tar-Rinella jwasslek lejn il-bieb prinċipali tal-Fortizza Ricasoli għadhom qed jiġu ppreparati.


Seduta Numru 457

22/04/2026


No comments:

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...