16.5.24

LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA

18524. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

 

17/04/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024, bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ attendejt għal erba’ laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fi ħdan l-Unjoni Ewropea fl-ewwel erba’ xhur tas-sena, inkluż laqgħa straordinarja li saret wara l-attakk tal-Iran fuq l-Istat ta’ Iżrael.

 

Bejn il-25 u d-29 ta’ Frar 2024 kont mistieden nattendi l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ f’Abu Dhabi fil-marġini tat-13-il Konferenza Ministerjali (MC13) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

Fis-6 ta’ Marzu, kelli l-opportunità nindirizza l-laqgħa tal-Kumitat tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa fil-kapacita’ ta’ ‘Chair-in-Office’ tal-OSCE, fejn tkellimt fuq il-prijoritajiet tal-Presidenza ta’ Malta tal-OSCE u fuq l-isfidi li qed tiffaċċjal-organizzazzjoni.

 

Fit-18 ta’ Marzu 2024 ipparteċipajt fil-Forum Umanitarju Ewropew li sar fi Brussell.

 

Barra minn hekk, attendejt il-Forum ta’ Livell Għoli bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC), nhar it-Tnejn 22 t’April 2024 fil-Lussemburgu.

 

Fis- 7 ta' Mejju 2024 ġejt mistieden nipparteċipa fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq l-iżvilupp li se jsir fi Brussell.

 

Se nkun qed nipparteċipa wkoll fil-Laqgħa Ministerjali tal-Kunsill tal-Ewropa, li se ssir fis-16 u 17 ta’ Mejju fi Strasburgu.

Fil-21 ta’ Mejju 2024, mistenni nipparteċipa wkoll fil-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.

 

Għat-30 ta’ Mejju 2024, ġejt mistieden nipparteċipa fil-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fuq il-Kummerċ li se jsir fi Brussell.

Fil-25 ta' Ġunju 2024, mistenni nipparteċipa wkoll fil-Laqgħat tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali.

 

Seduta  235

24/04/2024

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...