1. Jacques Pirenne (1891-1972), f’waħda mill-kitbiet interessanti tiegħu jiddikjara hekk: “History is essentially a continuity and a unity; a continuity that goes on, without men being able to escape it, from generation to generation, and which links our own times to the most distant epochs; a unity, since in any society the life of each man is bound up with the lives of all others, even as in the community of nations, the history of each nation develops, without even being aware of it, as a part of the history of all the nations of the universe.” (L-istorja hija essenzjalment kontinwità u unità; kontinwità li tkompli, mingħajr ma l-bnedmin jistgħu jaħarbuha, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni, li torbot żminijietna ma’ epoki antiki; unità, għax f’kull soċjetà tal-bnedmin kull persuna hija marbuta mal-ħajjiet tal-oħrajn, anki jekk, fil-komunità tan-nazzjonijiet, l-istorja ta’ kull nazzjon tiżviluppa, mingħajr ma tkun konxja, bħala parti mill-istorja tan-nazzjonijiet kollha tal-univers.)
Is-Sena 2024
2. F’din il-kontinwità u unità, wieħed irid jipprova jirrifletti fuq dak li għaddejna minnu. Fl-aħħar ħarġa ta’ The Economist, fl-editorjal tagħha għal dik is-sena tiddikjara, fost oħrajn, numru ta’ punti ta’ riflessjoni. Fil-qosor, tgħid hekk: (a) “2024 holds a more hopeful message” (L-2024 għandha messaġġ mimli b’aktar ottimiżmu); (b) “... it affirmed the resilience of capitalist democracies” (... affermat is-saħħa tad-demokraziji); (ċ) “... it laid bare some of the weakness of autocracies” (kixfet id-dgħjufijiet tal-awtokrati); (d) “There is no easy road back to the old order.” (Ma hemmx triq faċli lura lejn l-ordni tal-passat.) F’dan hemm affermazzjoni ċara favur id-demokrazija fis-sena fejn il-maġġoranza tad-dinja marret tivvota. Hija dik li kapaċi tibdel u tieħu vantaġġ miċ-ċirkostanzi sabiex tibni aħjar. Skont l-istess, jingħad hekk li hija abbli f’dan: “In 2024 democracies showed that they are built to take advantage of these opportunities – by sacking bad leaders, jettisoning obsolete ideas and choosing new priorities. That process is often messy, but it is a source of enduring strength.” (Fl-2024 id-demokraziji wrew li huma mibnija biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet – billi jneħħu mexxejja mhux tajba, jarmu ideat li huma antikwati u jagħżlu prijoritajiet ġodda. Dak il-proċess jista’ jkun ikkumplikat, imma huwa fonti ta’ saħħa li tibqa’.)
Is-Sena 2025
3. Hemm diversi kitbiet dwar dan kollu, fejn jispikka b’mod ċar li diversi qed jippretendu bidliet sodi. Qed iħarsu li fid-dinja jkun hemm lura l-paċi, l-ordni u l-istabilità. Li jieqfu l-kunflitti koroh li wasslu biss għal iktar telf ta’ riżorsi skarsi umani u mondjali. Diġà parti sew mill-elettorat fl-2024 ivvutat għal min wiegħed il-paċi. Min issa ser ikun strument jew li attwalment ser iġib dan huwa bank ta’ prova. Tmiem ta’ gwerer, dawk li qed naraw fl-Ukrajna, f’Gaża, fil-Libanu, fil-Jemen u fis-Sudan. Ħarsa ’l quddiem lejn dak li jista’ jikber fis-sewwa fis-Sirja. L-ottimiżmu li ġie ssudat iktar bid-dikjarazzjonijiet u diskorsi li smajna fl-aħħar tas-sena mill-“protagonisti”. Id-dinja llum qegħda tistaqsi jekk dan huwiex biss kliem fl-arja jew jekk hemmx passi konkreti sabiex dak li hu għaddej jingħalaq. Jiġi wkoll iddikjarat bħala l-agħar fażi f’seklu li kien qiegħed, fil-proċess globalizzat tiegħu, jimxi ’l quddiem lejn il-progress. Jekk dan verament iseħħ, bil-kumplikazzjonijiet antiki u ġodda, ser jinfetaħ staġun ta’ rikostruzzjoni għas-snin li ġejjin.
Inħarsu lura lejn il-Progress b’wiċċna ’l quddiem
4. F’dan irridu nifhmu li f’din l-esperjenza qarsa li għaddejjin minnha, hemm iktar apprezzament għal dak li gawdejna qabel. Tul din is-sena jkunu għaddew tmenin sena minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi li dan iż-żmien ġieb hemm sejħa sabiex l-ordni fil-paċi xejn faċli jidħol lura. Tmiem il-kunflitt tal-1945 telaq b’affermazzjoni ta’ żewġ pilastri: l-ewwel, id-drittijiet fundamentali tal-bniedem; u t-tieni, il-vantaġġi tad-demokraziji. Dawn l-ankri ser ikunu mill-ġdid determinanti sabiex tinqabad dik it-triq. Però nimxu fiha mhux billi ndawru wiċċna lura u naħsbu li qed nimxu, imma aktar fl-għarfien tal-programmi li l-partiti taċ-ċentru, il-forzi moderati u li jiggarantixxu stabilità jridu jibnu mill-ġdid f’soċjetà li tilfet ħafna mir-ritmi tagħha. Dak li seħħ u għadu barra minn xtutna jaffettwana ċertament. Għalhekk tul l-2025, fil-proċess ta’ kontinwità u għaqda tagħna bħala nazzjon ma’ dawk ta’ madwarna, irridu nifhmu b’attenzjoni dawk l-opportunitajiet li ser jinfetħu. Il-pajjiż immexxi minn dak il-partit li ser ikun kapaċi jifhem dan kollu ser ikun jista’ jwettaq il-ġid.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label demokrazija. Show all posts

10.1.25
18.12.24
MEXXEJJA PARTIKOLARI
1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt fuq il-pożizzjoni politika. Kif ngħidu: riħ ta’ siegħa jnaddaf qiegħa. Il-pajjiż u aħna stess għadna ma nistgħux nidraw dak li ġara. Il-mument jixraq li jiġi ċelebrat u fl-istess ħin hu wieħed li jwelled l-ideat. Il-poplu għadu ma jistax jemmen x’seħħ. Irid jieqaf u jkompli jifraħ u fl-istess ħin jagħraf li f’xi mument irid jaffronta l-futur tiegħu. Id-domanda rilevanti għalihom hija: x’ser tkun it-tmexxija għada pitgħada meta l-festini jieqfu u jkun irid jibda x-xogħol ta’ rikostruzzjoni? Min ser imexxi, u kif? Min ser ikun kapaċi jidderieġi, u fl-istess ħin jieqaf lil dawk li għandhom interess li dan il-poplu ġeneruż ifalli?
Dayr al-Zur
2. Stat demokratiku f’dak il-pajjiż huwa dak li ċertament jixraq. Aktar u aktar meta diversi miljuni mxerrda mad-dinja jafu din xi tfisser u ma jarawx ħajja differenti għalihom. Iżda r-realtà hija li b’sistema demokratika l-pajjiż ikun ta’ theddida għall-pajjiżi ġirien li mhumiex demokratiċi; anzi parti mis-sistema dittatorjali li għal dawn l-aħħar ħamsin sena l-familja ta’ al-Assad ħakmet. Kienu komdi jeżerċitaw it-tirannija. Issa le. Hemm f’dan però għatx kbir li jkun hemm bidla vera. F’dak il-proċess li mill-2012 beda f’dan il-post minn ftit persuni. Biss, altru d-diffikultà xejn faċli li tneħħi tirannija u dittatur, u altru li tibni wara. Kif u min ser jirbaħ b’intelliġenza kultura politika u soċjali li għal dawn is-snin il-kelma ‘demokrazija’ setgħu biss semgħu biha. Kif iġġibha tibda u taħdem hija verament sfida li kif nafu ulied Sirjani waħedhom, mingħajr indħil jew lezzjonijiet imma biss b’appoġġ veru, jistgħu jwettqu.
F’din is-sena
3. Argument politiku attwali għax sa issa rajna kif minkejja l-ispirtu liberu tal-poplu, flok ġieb id-demokrazija mid-dittatura, ġieb bidla fid-dittatur. Sibt iktar ispirazzjoni dwar dan waqt li qiegħed naqra ktejjeb bit-titolu sempliċi ta’ Ideali e Azione di Alcide De Gasperi (1974) dwar numru ta’ diskorsi ta’ Amintore Fanfani (1908-1999). Żewġ mexxejja Demokristjani li servew lil pajjiżhom sew u mexxewh ’il quddiem. L-iktar l-ewwel wieħed fil-mument deċiżiv. De Gasperi (1881-1954), li din is-sena fakkarna s-sebgħin sena minn mewtu, kien il-bniedem li kellu l-abbiltà li poplu li kien maħkum mid-dittatorjat Faxxista għal aktar minn għoxrin sena rnexxielu jieħdu lejn id-demokrazija. Kien għaqli, attent, ippreparat u deċiż li jara li l-kultura politika tinbidel. Ma kienx hemm bdil fid-dittatur, imma fis-sistema. Dak li serva f’dik il-fażi delikata u determinanti biex kemm il-poplu, kif ukoll il-pajjiż, ikun lura liberi.
Il-ktejjeb
4. Fil-ktieb illum, ħamsin sena wara, hemm sitt diskorsi li saru tul is-snin minn Fanfani, mimlija riflessjonijiet. Huwa wkoll kien Demokratiku Kristjan u parti mit-tieni ġenerazzjoni ta’ dawk li għaddew minn taħt il-kefrija tal-Faxxiżmu. Persuna li din is-sena wkoll infakkru l-ħamsa u għoxrin sena minn mewtu. Bniedem mimli enerġija u serva diversi drabi fil-kariga ta’ Prim Ministru ta’ pajjiżu u f’karigi ministerjali varji. Ħaqqu li wieħed ifakkru, l-iktar għax kien kapaċi, ma’ oħrajn, li jżommu l-ispirtu demokratiku għaddej u jissudaw aktar dak li De Gasperi kien beda. Taħtu saru diversi miżuri soċjali. Diversi deċiżjonijiet fit-tkabbir ekonomiku seħħew ukoll. Siltiet ta’ ħidma li minn dawn id-diskorsi wieħed jagħraf aktar kemm kien ipprattikahom De Gasperi. Huwa jgħid li kien il-protagonista fil-ħajja nazzjonali f’żewġ punti: “... quello della ricostruzione democratica e quello delle riforme sociali.”
Ideat
5. Laqtuni numru ta’ punti li biex Fanfani seta’ jagħrafhom f’De Gasperi jfisser li kienu parti sħiħa minnu. Fost l-oħrajn, huwa jgħid hekk: “La lezione che si apprende scrutando la vita, il pensiero, l’azione di De Gasperi è quindi una lezione di chiarezza nelle idee, di fermezza negli obiettivi, di rispetto degli avversari, di virile coscienza dei propri diritti e dei propri doveri, di fiducia in un popolo che confida nel contemporaneo adempimento della civica missione da parte di ognuno, e che diffida, a ragione, delle fatue speranze in taumaturgiche personalità.” (Il-lezzjoni li wieħed jieħu waqt li janalizza sew ħajtu, ħsibijietu, l-azzjoni ta’ De Gasperi hija għalhekk lezzjoni ta’ ideat ċari, ta’ pożizzjonijiet sodi fl-objettivi, fir-rispett lejn l-avversarji, ta’ kuxjenza retta fid-dmirijiet u drittijiet ta’ kull persuna, u li ma tafdax fil-wegħdiet fiergħa ta’ dawk li jingannaw.)
Kien iebes
6. De Gasperi kien f’dan bniedem tad-dover. Deċiż li jwettaq is-sewwa u li jqiegħed il-pedamenti għall-futur. F’dan huwa proprju l-mument li wieħed jirrifletti fuq il-missjoni li wettaq. Li wieħed f’dan iħares lejn il-passat biex jispira ruħu fil-preżent. Li jifhem li fil-mument tal-bidla, fit-tmiem ta’ dittatorjat, wieħed għandu bżonn bnedmin b’dawn il-kwalitajiet. Fanfani f’dan jirrikonoxxi aktar li s-sagrifiċċji li saru minnu kienu biex id-dinja tkun aħjar. Huwa jidentifikahom hekk: “... gioia per la libertà riconquistata, preoccupazione di consolidarla; fierezza per la rinata democrazia e vivo desiderio di vivicarla; ardente sete di giustizia e fermo proposito di renderla al popolo, volontà di progresso.” (... ferħ fil-libertà miksuba lura, ħsieb biex tiġi kkonsolidata, kburi li twieldet mill-ġdid id-demokrazija u xewqa qawwija biex tieħu lura l-ħajja; għatx għall-ġustizzja u determinazzjoni biex tingħata lill-pajjiż, sejħa lejn il-progress.)
Ideali
7. F’dan, għalhekk, huwa sewwa u xieraq verament li niftakru u nfakkru dak li De Gasperi u Fanfani wettqu, u fl-istess ħin nittamaw li oħrajn jieħdu eżempju. Aktar u aktar f’dan ix-xahar. Dak li waqtu nirreġistraw li tul din is-sena għandna nifirħu u niftakru li s-Sirja hija issa libera. Fl-istess ħin li nittamaw li ħidmet id-dinja demokratika għandha tkun dik li tgħin sabiex dan il-proċess ma jieqafx. Fuq kollox, li jiġu sostnuti bnedmin validi. Dawk li huma kif kien De Gasperi: “Rivoluzionario di cose e di sistemi, non violentatore di libertà.” Nittamaw f’dan ferm aktar f’dak li ġej sabiex is-sewwa u l-futur f’dik l-art jibdew mingħajr iktar tfixkil jew indħil.

28.5.24
META TITMAQDAR
1. Id-diskors politiku, aktar m’aħna naraw, aktar qiegħed isir faċli u rħis. Iktar kliem fl-arja, espress mingħajr attenzjoni f’dak li jingħad u fl-effetti tiegħu. Anzi, immirat dejjem sabiex jiġbidha. Nara wisq bnedmin li saru skjavi ta’ ossessjonijiet li ma jistgħux jilliberaw ruħhom minnhom. Kull kelma fil-kamp pubbliku għandha l-effetti tagħha. Hemm ħafna li la jifhmu s-sustanza ta’ dak li qegħdin jgħidu, u wisq inqas il-kuntest li fih jgħiduh. Ir-responsabbiltajiet ta’ dan kollu qed jiżdiedu fuq naħa u jaħkmuna fuq l-oħra. Għax iktar minn kliem fl-arja li jridu jiġbdu l-approvazzjoni ta’ min ma jafx il-fatti, hemm oħrajn li għandhom l-aġendi moħbija tagħhom. Tidher ħaġa, mentri fil-fatt, tkun oħra. Waqt li politiċi oħra jiġu attakkati, hemm wara l-paraventu dawn l-istrateġiji żbaljati li kontinwament jiġu ippreparati. Sfortunatament, uħud eżegwiti a skapitu ta’ ħajjiet ta’ oħrajn.
Fiż-żmien preċiż
2. F’dan, iktar, wieħed jinnota li fil-konkret, is-sistema demokratika qegħda ssib lilha nfisha f’iktar attakki. Għax hija tgħix u tissoda fil-fiduċja li tibni bejn il-bnedmin. Dawk li jmexxu u dawk li jiġu rappreżentati. Meta l-pajjiż jibda jisma’ kontra d-demokrazija direttament jew indirettament, il-perċezzjoni ta’ dawk li jgħożżuha tkun dik li jaraw li l-integrità tagħha qegħda fil-periklu. Ngħid f’dan ukoll indirettamen, għax meta persuni fil-politika jesprimu ruħhom ħażin bi kliemhom u f’ħidmiethom ikunu qegħdin effettivament jibgħatu dan il-messaġġ. Żbalji minn oħrajn ma jiġġustifikawx passi ta’ reazzjoni jew oppożizzjoni ugwali minn oħrajn. Aġixxi, iddefendi s-sistema, imma ħu ħsieb li ma tkunx inti stess li qiegħed tattakkaha.
Riskjużi
3. Kull sistema li fiha tibni l-istruttura tal-Istat hija vulnerabbli. Dik demokratika wkoll. Ċertament tiddependi fuq ħafna fatturi, imma jekk mhix protetta, tmur lura. Tnaqqas mill-valur demokratiku tagħha u timxi passi lejn forom dittatorjali. Pajjiżna jaf b’dan, u jrid jifhem kemm irid ikun attent biex jiddefendi. Iktar u iktar f’dan il-mument delikat meta diversi persuni, fin-nuqqas ta’ għaqal tagħhom, flok rabtu l-argumenti tagħhom esklussivament mal-fatti, ħallew l-immaġinazzjoni fertili tagħhom tiġri bihom. Forsi jaħsbu li jistgħu jimitaw lil xi oħrajn. Jimitaw dak li għaddej preżentement fl-Istati Uniti tal-Amerika f’din l-elezzjoni presidenzjali li ser, b’xi mod, tolqot lilna wkoll. Fejn hemm verament riskji kbar għalina.
Dmirijiet
4. Kif jingħad f’The Economist fil-ħarġa tal-ġimgħa li għaddiet, quddiem id-diskors u l-aġir żbaljat tal-kandidat Donald Trump, hemm il-biża’ u r-riskju ta’ iktar tiranniji u inqas demokrazija. Iktar u iktar meta nifhmu li dawk kollha li ħadu sehem u marru jaħbtu għall-istituzzjonijiet, huwa jrid joħorġilhom maħfra presidenzjali. F’dan il-ġurnal, jingħad hekk: “Preserving democracy depends to-day, as it always has, on the courage and convictions of countless people all across America – especially those charged with writing and upholding laws.” (Illum, il-protezzjoni tad-demokrazija tiddependi, kif kienet dejjem, fuq il-kuraġġ u l-konvinzjoni tad-diversi persuni fl-Amerika kollha – speċjalment dawk li jiktbu u jiddefendu l-liġijiet.) Huwa fl-għarfien u l-bżonn li l-poplu għandu jkollu biex jiddefendi sistema li hija tiegħu. Id-demokrazija mhix tal-klassi tal-borgeżija li trid tiddomina s-soċjetà bl-aġir erratiku tagħha. Hija s-sistema tagħna lkoll u hija l-iktar valur sod li l-bniedem għandu fis-soċjetà.
Imma x’difiża hemm?
5. Quddiem dittaturi li jilbsu l-ġilda demokratika, x’hemm x’jista’ jvinċi? Kif f’dak il-pajjiż ir-riskji huma għolja jekk jerġa’ jkun hemm Trump bħala President, daqshekk ieħor hawn. Dak li għaddej juri kemm min huwa fil-poter jista’ jimmanipula. Forsi hawn min, f’dan il-kuntest, li ma jħossx il-bżonn li jgħallem u jinforma kontinwament. Jimbarka dejjem fuq il-linja li jipprepara u jarma lill-poplu sabiex: l-ewwel, jifhem x’inhija d-demokrazija; u t-tieni, li għandu jikkumbatti għaliha. The Economist, f’dan l-editorjal preċiż isib konfort u jgħid: “The lesson is that what sustains the American project, as with any democracy, is not black-letter laws but the values of citizens, judges and public servants. And the good news is that even the most determined, inventive and organised of would-be despots would struggle to overcome them.” (Il-lezzjoni hija dik illi dak li jżomm għaddej il-proġett Amerikan, bħal f’kull demokrazija, mhijiex il-kitba tal-liġijiet bl-ittri suwed, imma l-valuri li għandhom iċ-ċittadini, l-imħallfin u l-uffiċjali pubbliċi. U l-aħbar it-tajba hija li anki dawk imxennqa li jkunu dittaturi, minkejja d-determinazzjoni, il-manuvri u l-organizzazzjoni tagħhom, iridu jikkumbattu biex lil dawn jegħlbuhom.)
Biden
6. Biss, il-liġijiet huma indikattivi tal-mod kif jiġu difiżi dawn il-valuri. Kif ġejt mgħallem fl-Università, kull kostituzzjoni, soda u miktuba kemm hi miktuba tajjeb, għandha riskju kbir. Meta r-rappreżentanti jibdlu dak li huwa demokratiku f’dak li mhuwiex. Meta huma stess jaġixxu b’dak il-mod dittatorjali, inkella jippermettu aġir bħal dan. Meta jneħħu dan kollu fil-kitba jew fil-prattika, is-sistema tispiċċa. Flok liġijiet demokratiċi jsiru dawk dittatorjali. F’dan, ċertament u b’konfort, ir-riskju li jiġi elett dittatur ma teżistix f’Joe Biden. Kif l-istess The Economist jgħid tajjeb: “But Mr Biden is an institutionalist, with reference for the old ways of politics.” (Imma s-Sur Biden huwa favur l-istituzzjonijiet, b’għarfien ta’ kif tħaddmet il-politika fl-imgħoddi.)
Il-prova
7. Dak li ġej huwa ċertament mument ta’ prova. Id-demokraziji mondjali, waqt li qegħdin jiġu mhedda, iridu jifhmu li hemm ġlieda għas-sewwa li trid issir. Iktar ma jgħaddi ż-żmien, il-pożizzjoni qegħda ssir aktar kritika u tista’ tmur għall-agħar jekk kemm-il darba wieħed ma jaġixxix. L-iktar fil-bżonn li wieħed jagħraf il-vantaġġi li għandu: dawk demokratiċi, u ma jkasbarhomx huwa stess. L-agħar ħaġa li nistgħu naraw hija dawk li jaqtgħu qalbhom u ma jieħdux sehem bil-vot tagħhom. Jekk nibqgħu sejrin kif aħna ser inkerrħu li għandna u nmaqdru dak li huwa f’idejna. Pajjiżna dak ma jixraqlux, u proprju għalhekk li l-agħar ħaġa li tista’ sseħħ hija li, fl-aħħar tal-ġurnata, inkomplu nitmaqdru.

SPETTRI VJOLENTI PASSATI
1. Hemm realtà li wieħed ma jistax jaħrab minnha. Dik li tiżviluppa biċċa biċċa kull ġurnata quddiem għajnejk. Tista’, iva, tipprova tinjoraha. Tista’ tipprova tibdlilha triqatha, imma l-agħar huwa li, minflok, tkun inti stess li tkebbes lejn iktar kumplikazzjonijiet inutli. Huwa diġà ta’ nkwiet dak kollu li qegħdin naraw għaddej, imma daqshekk ieħor huwa żbaljat li tkompli tkabbru fl-inkwiet u fil-perikolożità tiegħu. Dan iktar u iktar fid-dawl li f’dawn l-aħħar ġimgħat il-vuċi tar-raġuni tqegħdet dejjem iktar fil-ġenb. Min jappella għas-sewwa u l-attenzjoni fil-moderazzjoni nduna li l-vuċi li għandu ġiet maħnuqa. Jingħata iktar importanza min isaħħan jew jissekonda lil dawk li qiegħed, iktar u iktar, narahom fost dawk li tilfu rashom kompletament.
Għaliex?
2. Hemm, iva, min jaħseb li jista’ jkompli jkattar l-eżistenza politika tiegħu billi jidħol f’din il-linja xejn tajba. Imma kif jgħid San Pawl, dawk li huma vojta huma dawk li l-iktar li jagħmlu l-famuż “ħoss”. Tinkwieta ruħek iktar meta tara esponenti politiċi fuq iż-żewġ naħat, li wieħed kien jippretendi minnhom responsabbiltà u attenzjoni sforz l-esperjenza li suppost akkumulaw, li jintilfu f’din il-linja. Meta tqiegħed lura s-siġġu u tħares oġġettivament tara li flok għollejna l-livell tal-ideat u d-diskussjoni politika, ħadna ħsieb inniżżluhom. Li huwa iktar kontra l-loġika f’dan huwa meta tikkunsidra li dawn huma elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li ideat lejn Unjoni Ewropea aħjar m’aħniex nisimgħu wisq. Lanqas dak li qed jgħidu l-partiti rispettivi fil-programmi elettorali tagħhom.
Tlifna r-raġuni
3. Huwa ferm iktar ċar li tlifna kull forma ta’ raġuni. Żball politiku sija għax-xenarju preżenti kif ukoll għall-Partit Nazzjonalista, li kien dejjem dak li jirbaħ għax jappella għal-loġika u mhux għall-passjonijiet. Dan fih iktar piż proprju llum, fejn kull m’hemm bżonn huwa l-fatti waħedhom, għarwiena. Dawn jitkellmu kif għandhom dwar il-gravità jew le tax-xenarju. M’għandhomx aktar il-bżonn ta’ profeti foloz li jimlew l-imħuħ ta’ min jitlob u għandu bżonn direzzjoni. Hemm min jirrispetta bnedmin oħra billi jorbot lilu nnifsu mal-verità fi kliemu, u hemm min le. Hemm min jabbuża mill-oħrajn taħt pretesti u skużi varji. Jaqbadhom u jużahom, sfortunatament, fil-miri u l-kumplikazzjonijiet ta’ moħħu. Meta tqabbad inti stess in-nar tal-passjonijiet umani, imbagħad ikun diffiċli mmens li tikkontrolla fejn dan in-nar ser jinfirex.
Nibqa’ fost dawk
4. F’dan, għalhekk, nibqa’ ma’ dawk li jippreferu l-użu tar-raġuni fil-fatti. Ma’ dik il-forza fis-soċjetà li qegħda tinqata’ biex taħseb fuq dak li hu għaddej għax mhijiex ferħana bir-riħ u d-direzzjoni li qegħdin jieħdu l-affarijiet. Għad hawn, fortunatament, bnedmin li jħarsu lejn il-politika bħala dik l-għalqa tal-attività umana fejn il-forza tagħha hija proprju dik li ma tirrikorrix għal atti vjolenti jew ta’ mibgħeda, imma fil-loġika. Dawk li ma jħarsux u ma jemmnux li hemm xi valur fil-forza tal-vjolenza, apparentement rivoluzzjonarja. La dik verbali, la dik morali u lanqas dik, b’xi mod, tirannika. Id-dinja msejħa “sekulari”, flok għażlet id-demokrazija qegħda tirrikorri għat-tirannija. Dik li timponi lilha nfisha fuq l-oħrajn sabiex flok djalogu, dibattitu u ideat ġodda jkun hemm dik unika, imposta.
F’dak iktar żbaljat
5. Daqshekk ieħor huwa iktar żbaljat il-pass ta’ min qiegħed iħajjar bnedmin varji sabiex jinġabru fl-għatba tal-Qorti ta’ Malta nhar it-Tlieta li ġej. Hemm diversi punti li wieħed għandu jġib quddiem għajnejh. Ibda minn dak fejn min jiddikjara li għandu raġun m’għandux bżonn juri li għandu ħafna nies warajh. Irid ikun kapaċi jikkonvinċi bir-raġuni u mhux bil-forza tan-numri ta’ bnedmin oħra. Għandhom ikunu biss il-fatti li jieħdu ċ-ċentru tal-attenzjoni. Waħdu magħhom huwa ferm aħjar mis-sogru li l-affarijiet joħorġu mill-idejn. Hemm jikkumplikaw il-pożizzjoni għax flok niddibattu l-fatti tal-każ, nispiċċaw fuq x’ġara u x’kellu jiġri. Mhux biss, imma tikber iktar il-konvinzjoni f’moħħ oħrajn li hemm ħtija għax kieku ma kellekx bżonn l-użu tal-forza. U f’dan, flok tibqa’ iktar fil-kantuniera tal-vittma daħħalt ruħek li ssir, minflok, il-kontra.
Niftakru
6. M’aħniex, sa issa, neqsin mill-memorja ta’ dak li seħħ snin ilu. Niftakru kif, fid-19 ta’ Ġunju 1987, daqt l-anniversarju, ġabra ta’ persuni daħlu l-Qorti u ħallew straġi warajhom. Niftakru f’dak kollu li ġieb miegħu dan l-aġir u fil-kumplikazzjonijiet li l-Partit Laburista kellu jibqa’ jġorr miegħu għal snin twal fl-Oppożizzjoni. F’dan, jiġu quddiemna diversi spettri passati. Sija f’dak li seħħ f’dak il-jum u l-konsegwenzi li ġew wara. Fl-għarfien li kien hemm min baqa’ jaħseb li l-vjolenza hija aqwa mid-demokrazija. F’dawk li fit-tifrik li wettqu, fir-realtà ħallew marka fuq il-memorja ta’ politiċi li f’dak il-ħin setgħu forsi ħassewhom konfortati, imma li fit-tul, fehmu l-kontra. Min isaħħan folla jsib li wara jrid iħallas hu l-kont tal-konsegwenzi. Għal min kien daqshekk iffissat fuq kif il-futur ser iħares lejn il-passat tiegħu, nittama li jagħraf jirrifletti.
Fit-toroq
7. F’dan ser ikun, però, eżami iktar qawwi għall-Gvern tal-ġurnata. Din mhix folla tal-Oppożizzjoni li trid turi l-eżistenza tagħha, imma waħda tal-Gvern mal-Gvern. Huwa hu li għandu kull dmir u responsabbiltà li jżomm l-ordni. Huwa hu li, mill-bidu, għandu jagħraf jikkontrolla l-istimulanti li għaddejjin sabiex ma jkunx hemm bnedmin miġbura b’dan il-mod. Jiġri x’jiġri, għalih hemm biss telf totali. Dawk li jistgħu jaħsbu li anke jekk forsi fil-preżent l-Oppożizzjoni, li tidentifika ruħha fid-demokrazija, mhix tieħu mertu politiku fil-kunsensi, xorta għadha fl-abbiltà li teħodhom fil-futur. Jekk hemm min iħossu tant oltraġġat li ppretenda li ma jiġrilu xejn u li ma jiġix mimsus għandu jifhem li jrid jaqbad strateġija politika differenti.
Ikun aħjar
8. F’dan, ikun ferm aħjar jekk dak kollu li qiegħed jiġi ppjanat għal nhar it-Tlieta li ġej, ma jseħħx. Ikun aħjar għal kull persuna fis-soċjetà, però l-iktar għal dawk stess li qegħdin jaħsbu li b’hekk ser jagħtuh appoġġ. M’hemmx dubju li dan ser jiġi rappurtat mhux biss hawn, imma f’postijiet oħra. M’hemmx dubju li dawn mhumiex ser ikunu atti li jżidu fil-ġieħ ta’ pajjiżna, imma ser jolqtu l-istima u l-interessi soċjali, ekonomiċi u kulturali tagħna. Pass, ċertament, fid-direzzjoni żbaljata. Waħda li jekk tikkumplika ruħha ser tolqot u timmarka d-direzzjoni demokratika tal-pajjiż. Iktar u iktar meta, kif rajna f’xenarji oħra, il-Gvern jispiċċa jrid jiġġustifika l-atti żbaljati ta’ oħrajn. Fl-istorja li għandna quddiemna jkun aħajr li wieħed ikun attent u ma narawx ripetizzjoni ta’ spettri vjolenti passati.

10.1.12
Pajjiż avvanzat sew
1. Il-poplu tagħna llum qiegħed jgħix u jgawdi minn vantaġġi li qatt qabel ma kellu. Anzi, dawk li raw żminijiet oħra jafu kemm għaddejna minn kumplikazzjonijiet politiċi li wasslu sabiex nitilfu d-demokrazija tagħna. F’dawn is-snin li dan il-pajjiż ilu jiġi mmexxi mill-Partit Nazzjonalista, s-sitwazzjoni nbidlet. Illum m’għadniex ngħixu f’ambjent żbaljat imma f'wieħed li huwa avvanzat, liberu, korrett, ġust u demokratiku. Hemm min jipprova jmaqdar, iċekken u jkerraħ dak li ngħixu, fortunatament kuljum fih, però l-fatti huma kompletament differenti.
2. Għandna għalfejn inkunu kburin li fi ftit snin l-istituzzjonijiet demokratiċi mhux talli ma marru bl-ebda mod lura, anzi avvanzaw il-ħin kollu. Il-pajjiż, l-Istat Malti llum għandu l-Uffiċċju tal-Ombudsman, dak tal-Awditur Ġenerali, il-Kunsilli Lokali, il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, li qabel ma kellux. Il-membri ta’ din is-soċjetà għandhom rimedji li huma għad-dispożizzjoni tagħhom li jkomplu jżidu l-garanziji li għandna jkollna. Li hu ċar hu li l-Gvern ma baqax lura milli jkompli jissoda d-demokrazija, imma baqa’ sena wara sena jintroduċi mekkaniżmi ġodda u jirfina u jikkoreġi dak li ġieb fis-seħħ.
3. Ħadd ma jista’ jiċħad li għandna libertà tal-espressjoni mill-iktar qawwija. M’għadniex fiż-żmien meta l-gazzetti kienu ftit u mhedda u fejn kellna stazzjon wieħed tat-televiżjoni u tar-radju dominati mill-Partit Laburista. Kuljum, barra minn abbundanza ta’ gazzetti għandek kwantità ta’ stazzjonijiet u ġurnali elettroniċi li qatt qabel ma kellna jew rajna. Is-sabiħ ta’ dan huwa li flok jonqsu qegħdin il-ħin kollu jiżdiedu. Il-parteċipazzjoni fil-politika ma naqsitx bħal ma anqas ma naqset dik li wieħed jagħti sehmu u l-opinjoni tiegħu fuq dak kollu li huwa għaddej. Il-libertà mingħajr ebda forma ta’ biża’ jew theddid ta’ xejn.
4. L-istess irid jingħad fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Fi żmien ieħor ma kienx hemm dan ir-rispett u wisq anqas il-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet. Pajjiżna ra ħafna vjolazzjonijiet f’dan is-settur u b’mod partikolari mill-istess gvern li ma kienx jara bħala prijorità li jħaddan din id-difiża tal-bniedem fid-dinjità tiegħu. Mill-1987 ‘l hawn is-sitwazzjoni nbidlet fi tlett direzzjonijiet prinċipali: l-ewwel żdiedu fin-numru u fil-kwalità d-drittijiet fundamentali tal-bniedem f’dan il-pajjiż; it-tieni, li l-Gvern ma baqax wieħed li jirfes dawn id-drittijiet; u t-tielet li l-Qrati tagħna ġew issudati sabiex jipproteġu b’mod effikaċi u effettiv liċ-ċittadini tiegħu.
5. Wara li taqra ċerti artikoli u tisma’ xi wħud jitkellmu u jagħżlu li dan kollu jinjorawh, trid bilfors twieġeb. Jitkellmu bħallikieku d-demokrazija jew ma teżistix jew qegħda titnaqqar, mentri r-realtà hija kompletament differenti. Altru l-ġudizzji li jingħataw minn min ma janalizzax sewwa u bi kriterji xjentifiċi u altru ta’ dawk li jiflu sew dak li għandna. Filwaqt li l-Oppożizzjoni spiss titlaq tiġri f’din id-direzzjoni u ssib uħud li jemmnuha, fuq in-naħa l-oħra hemm rapport li jiġi preżentat kull sena mill-“Economist Intelligence Unit” li jiċċertifikana mal-aqwa fid-demokrazija.
6. Din is-sena, bħal ta’ qabilha, l-“Economist” fid-“Democracy Index” ikklassifikana fil-15-il post. Jiġifieri aħna niġu preċiż qabel pajjiż bħall-Ingilterra, l-Istati Uniti, il-Belġju u Spanja u mgħoddija mal-quċċata ta’ Stati li jgawdu d-demokrazija. Mill-2008 ‘l hawn tlajna post ‘il fuq: mis-16 għall-15-il post. Qabilna hemm in-Norveġja, l-Iżlanda, id-Danimarka, l-Isvezja, New Zealand, l-Awstralja, l-Isviżżera, il-Kanada, il-Finlandja, l-Olanda, il-Lussemburgu, l-Irlanda, l-Awstrija u l-Ġermanja. Aħna ningħataw punteġġ ta’ 8.28%, il-Ġermanja 8.34% u l-Awstrija 8.49%. Li hu iktar interessanti hu li pajjiżna jingħata l-punteġġ ta’ 9.17% għal-Libertajiet Ċivili, mentri l-Ingilterra ngħatat 9.12%. Mhux ħażin għal pajjiż li l-Oppożizzjoni moħħha biex tgħid kemm m’għandux drittijiet ċivili u kemm għadna lura ma pajjiżi iktar moderni u progressivi minna! Dan ir-rapport, sfortunatament indifen mal-aħbarijiet tal-aħħar tas-sena, però huwa ndikatur mill-iktar qawwi li d-demokrazija hija soda u b’saħħitha.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...