17.10.24

KORRIMENTI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL - BENEFIĊĊJU - APPLIKAZZJONIJIET

21138. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19937, jista’ l-Ministru jgħid kemm mit-891 talba sottomessa għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol, ġew milqugħa sal-aħħar ta’ Awwissu? Jista’ jgħid ukoll kemm żdiedu l-applikazzjonijiet relattivi sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

03/09/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-891 applikazzjoni sottomessa għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol kien hemm:

-             636 każ li tħallsu

-             233 każ li ma kinux milqugħa

-             22 każ li għadom pendenti.

 Kien hemm 803 applikazzjonijiet ġodda sakemm qed titħejja din it-tweġiba.

Seduta  263

15/10/2024 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...