11.10.24

RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ISQOF BUHAGIAR - BANKINA

21128. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18516, jista’ l-Ministru jara li l-bankina temporanja li kien hemm fi Triq l-Isqof Buhagiar, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid sabiex il-persuni li jgħixu hemm, ikunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu?

 

03/09/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq l-Isqof Buhagiar hemm bankina aċċessibbli fuq kull naħa fejn hemm propjetajiet abitabbli. Fil-parti fejn hemm ħajt ta’ sit privat sporġut ’il barra mil-linja tat-triq hemm ‘pedestrian crossing’ li tagħti aċċessibiltà għall-persuni biex jużaw il-bankina ta’ faċċata mingħajr periklu.

 

Seduta  261

09/10/2024

No comments:

KIEN JAGĦTINA PARIR

1. Fil-ħajja kostanti tiegħu, il-bniedem jaġixxi u jirreaġixxi. F’diversi setturi, l-azzjoni u r-reazzjoni jiġu f’daqqa wara xulxin. F...