24.10.24

RESTAWR TA’ KOTBA

21198. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19667, jista’ l-Ministru jelenka x-xogħol kollu ta’ restawr ta’ kotba li qegħdin isiru mill-entitajiet kollha fid-dekasteru rispettiv?


06/09/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-laboratorju tar-restawr fl-arkivji nazzjonali li jieħu ħsieb il-konservazzjoni ta’ dokumenti varji, li jinkludu ritratti u dokumenti oħra fuq karta, ħafna minn dawn m'humiex f’forma ta’ volumi allura ma jikklassifikawx bħala kotba li dwarhom qed jistaqsi l-Onorevoli interpellant.

 

Din is-sena tlestew l-konservazzjoni ta’ 50 dokument/kollezzjoni. Dawn jinkludu kollezjonijiet tar-ritratti u dokumenti li ġew l-arkivji bħala donnazzjonijiet minn nies/studios privati; albums tar-ritratti; applikazzjonijiet għall-passaporti; disinji; mapep u dokumenti oħra.

 

Ninsab infurmat ukoll li Heritage Malta f’dan il-perjodu msemmi mhux tagħmel restawr speċifikament fuq kotba u kompliet tagħmel restawr fuq oġġetti oħra magħmula mill-karta.

Seduta  267

23/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...