24.10.24

RAĦAL ĠDID - ŻONA TA SANT’UBALDESCA - RAPPORTI TA’ RWEJJAĦ JINTNU

21201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, tista’ l-Ministru tgħid x’rapporti daħlu u x’passi ttieħdu fir-rigward tal-irwejjaħ jintnu li konsistentement inxtammu matul is-sajf fiż-żona ta’ Sant’Ubaldesca u fit-toroq ta’ wara sa Triq Brittanja, f’Raħal Ġdid?


06/09/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċeviet żewġ ilmenti li jikkorrispondu mal-akwati msemmija f’Raħal Ġdid. L-ilmenti daħlu fit-18 t’Awwissu 2024 u fit-2 ta’ Settembru 2024.

Fl-ewwel każ, is-sors tar-riħa ġie attribwit għal ħsarat żgħar fil-Malta Thermal Treatment Facility li kkawżaw xi rwejjaħ fil-viċinanzi. Dawn ġew rimedjati mill-operatur.Fit-tieni każ, wara investigazzjoni li saret mill-ERA, irriżulta li s-sors tar-riħa kien ġej minn proċess fejn materjal organiku (ħut) kien qed ikun trasferit minn ġo reefers fejn kien maħżun ġo post tal-privat għal post ieħor.

Seduta  267

23/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...