11.10.24

RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ISQOF BUHAGIAR - BANKINA

21129. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18517, jista’ l-Ministru jara li l-bankina temporanja li kien hemm fi Triq l-Isqof Buhagiar, f’Raħal Ġdid issir mill-ġdid sabiex il-persuni li jgħixu hemm, ikunu jistgħu jgħaddu mingħajr periklu?

 

03/09/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li x-xogħol fl-imsemmija triq ilu li tlesta għal diversi ġimgħat. Il-parti tal-bankina li saret referenza għaliha tinsab quddiem żvilupp li qed isir fl-istess triq u li jekk terġa' ssir kif kienet qabel beda x-xogħol, tkun ta’ periklu għas-sewwieqa u kien propju għalhekk illi ma saritx. Ftit 'l isfel hemm zebra crossing li tagħmel l-aċċess min-naħa għal-oħra tat-triq iktar sigur.

 

Seduta  261

09/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...