11.10.24

SPORTMALTA U L-KUNTRATTUR TAX-SHOOTING RANGE - FTEHIM

21130. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19071 u 19363 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18518, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha rilevanti tal-ftehim bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range, billi dawn ma kinux kompleti? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-medjazzjoni mmexxija mill-Perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bejn SportMalta u l-kuntrattur li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament, inkluż u mhux limitat għad-deċiżjoni u/jew rakkomandazzjoni tal-istess Perit, liema medjazzjoni wasslet għaċ-ċessjoni tal-kawżi bejn SportMalta u l-istess kuntrattur quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili?

 

03/09/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19926.

 

Seduta  261

09/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...