24.10.24

IŻ-ŻEJTUN - TRIQ SAN KLEMENT - XOGĦLIJIET

21203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq San Klement, iż-Żejtun, kemm dam isir u kemm kienet l-ispiża relattiva?


06/09/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq San Klement kienu jikkonsistu fi tħaffir ta’ trinek, tqegħid ta’ cables tal-Enemalta (Low Voltage) u xogħol t’asfalt. Il-ħidma f’dan il-proġett sar fi sforz kordinat waqt Ii kienu għaddejjin xogħlijiet oħra fil-madwar. Il-ħidma f’din it-triq bdiet fid-19 t’Awwissu ta’ din is-sena u ntemmu fid-19 ta’ Settembru b’investiment totali ta’ €44,000.


Seduta  267

23/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...