9.10.24

PAOLA HUB – ĦSEJJES TAL-MAKKINARJU TAL-AIR CONDITIONING

20370. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva: Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm attenzjoni sabiex il-ħoss tal-makkinarju tal-Air Conditioning li hemm f’Paola Hub jiġi kkontrollat billi qiegħed idejjaq u jagħti fastidju lill-ġirien?

 

01/07/2024

 

ONOR. JO ETIENNE ABELA:  Kif ċert li jaf l-Onor. Interpellant, il-kuntratt bejn il-kuntrattur u l-FMS ġie terminat minħabba li l-kuntrattur ma onorax l-obbligi kuntratwali li għandu. Meta jerġa’ jitkompla x-xogħol u jitlesta, se jsiru t-testijiet meħtiega biex jiġi ċċekkjat li l-livell ta’ ħsejjes iġġenerati ma jkunux jaqbżu dak permess mir-regolamenti.

 

Seduta  260

08/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...