9.10.24

ĠNIEN BORMLA - XOGĦLIJIET

20367. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Ġnien Bormla u meta ser jiġi finalizzat kif ukoll kemm ser jiġi jiswa?

 

01/07/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Qed nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-proġett tar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Kottoner f’Bormla li qed isir minn Project Green. Ninfurmah li dan il-proġett huwa maqsum f’żewġ fażijiet u l-istima preliminari tiegħu hija ta’ madwar €2 miljun u huwa mmirat li jitlesta fl-2026. L-ewwel fażi li qed tiġi mwettqa bħalissa tinvolvi l-bini ta’ ċnut ġodda madwar il-ġnien kollu biex imbagħad jitwaħħal fence fuqhom. Sadattant, l-applikazzjoni għax-xogħlijiet marbuta mat-tieni fażi tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex tiġi proċessata u anke qed jiġi mħejji t-tender. Il-proposta għat-tieni fażi għandha l-għan li tiżviluppa spazju storiku u masġar, f’park attiv f’Bormla. Dan il-park mistenni jindirizza interessi diversi fi ħdan il-komunità lokali u lil hinn minnha, filwaqt li jixpruna r-rikreazzjoni fil-beraħ u l-għarfien ambjentali. Fost il-karatteristiċi proposti hemm mogħdijiet disinjati għall-użu rikreattiv tar-rota, kif ukoll spazji għall-annimali u logħob għat-tfal. It-tieni fażi se tinkludi wkoll tħawwil ta’ diversi siġar u arbuxxelli ġodda kif ukoll sistema ta’ irrigazzjoni biex jissaqqew is-siġar u l-pjanti.

 

Seduta  260

08/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...