17.10.24

LESA - UFFIĊJALI GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ORDNI FIT-TRAFFIKU

21184. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fi ħdan il-LESA li huma inkarigati sabiex iżommu l-ordni fit-traffiku permezz tal-mobilità tal-muturi?

 

06/09/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Kif jaf l-Onor. Interpellant illum hija Transport Malta li ħadet r-responsabbiltà ewlenija ta’ immaniġjar tat-traffiku, anke permezz tal-uffiċjali tagħha. Ninsab infurmat ukoll li l-Uffiċjali tal-Komunita fi ħdan l-Aġenzija LESA, jużaw kemm vetturi, kif ukoll muturi, sabiex jgħinu fiż-żamma tal-ordni fit-traffiku. Dawn jikkumplimentaw dawk il-persuni li jkunu assenjati doveri bil-pass. 

 

B’mod ġenerali, l-awtorità għandha 30 uffiċjal li jaħdmu fuq it-30 mutur li għandha l-awtorità.

 

Seduta  264

16/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...