17.10.24

RAĦAL ĠDID – TNEĦĦIJA TA’ SIĠRA LI QIEGĦDA TAGĦMEL ĦSARA LIL PROPRJETÀ

21137. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19663 u għad-diversi mistoqsijiet oħra preċedenti, jista’ l-Ministru jara li s-siġra li hemm fuq wara tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi effettivament imneħħija kif ingħad fl-istess tweġiba?

 

03/09/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li kif diġà indikat din is-siġra qed tkompli tinżabar sabiex tkun kontrollata.

 

Seduta  262

14/10/2024

No comments:

KIEN JAGĦTINA PARIR

1. Fil-ħajja kostanti tiegħu, il-bniedem jaġixxi u jirreaġixxi. F’diversi setturi, l-azzjoni u r-reazzjoni jiġu f’daqqa wara xulxin. F...