17.10.24

IL-FURJANA - TRIQ ĠNIEN DANTE ALIGHIERI

21134. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19659 u dawk preċedenti dwar Ġnien Dante Alighieri fil-Furjana, jista’ l-Ministru jgħid jekk ittiħdux il-passi neċessarji u mitluba sabiex jinżamm fi stat aħjar? Jista’ wkoll jara li dan il-ġnien jibda jinfetaħ għall-pubbliku?

 

03/09/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana li  kif indikat f’PQ 19659 sar it-tindif, il-ħrit tal-konki madwar is-siġar u t-tisqija tal-ġnien u dan qed jinżamm b’mod regolari. Il-kuntrattur ingħata wkoll struzzjonijiet biex issir żabra u l-ġbir tal-frott meta jkun l-aktar żmien ideali. Wara li ntemm is-servizz tal-konsorzju ELC, il-Kunsill qiegħed jieħu ħsieb dan il-ġnien li qed jinfetaħ skont t-talbiet li jsiru.

 

Seduta  262

14/10/2024

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...