21374. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru
jgħid, jekk dejjem qed jiġi infurmat, meta ser tkun lesta u finalizzata Triq
Dawret it-Torri Santa Luċija Malta?
Jistax ukoll jindika li l-istess triq ser tiġi lura bil-faċilità
preċedenti tagħha ta' żewġ kareġġjati u faċilitajiet għar-roti? Jistax ukoll
jgħid jekk kemm-il darba l-Kunsill Lokali huwiex jiġi konsultat f'dan?
24/05/2021
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat
mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-Kunsill qabel illi jagħmel proġett
pilota ta' xahar b'Dawret it-Torri bħala one
way. Wara dan ix-xahar ta' prova ser issir laqgħa pubblika fejn il-Kunsill
ser jieħu l-opinjoni tar-residenti, sabiex tittieħed deċizjoni għaqlija jekk
l-istess triq għandhiex issir one way
bil-karreġġjata tar-roti, jew tiġix lura bil-faċilità preċedenti tagħha ta'
żewġ kareġġjati.
Seduta 467
31/05/2021
No comments:
Post a Comment