20199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura
u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari
18319, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ser jiġu jiswew it-tiswijiet fi
Triq il-Gardiel Wied il-Għajn u meta huwa mistenni li ser ikunu x-xhur li,
sabiex jiġi konkluż ix-xogħol?
22/03/2021
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt b’mod dettaljat
fit-tweġiba preċedenti għall-mistoqsija parlamentari 18319 tal-istess Onorevoli
membru, ix-xogħljiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gardiel mhumiex sempliċiment
tiswijiet imma din it-triq qed tinbena mill-ġdid b’investiment sostanzjali li
hu stmat li se jlaħħaq is-somma ta’ €1,263,610.
It-triq fiha kważi kilometru,
minn ħdejn il-Magħluq u twassal sal-Bajja ta’ San Tumas, u se jsirulha
xogħlijiet estensivi biex jinbidlu s-servizzi taħt l-art qabel ma t-triq
jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt. Dawn
jinkludu tqegħid ta’ katusi u pajpijiet għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, ilqugħ
għall-ilma tax-xita, servizzi tat-telekomunikazzjoni u bankini. Għaldaqstant, ix-xogħol
mistenni jieħu numru ta’ xhur u għalhekk huwa mmirat li t-triq titlesta
fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Ix-xogħlijiet se jsiru f’fażijiet biex
jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent.
Intennu l-impenn tagħna li
nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar
lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Seduta 446
12/04/2021
No comments:
Post a Comment