19529. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru
u kemm hemm appuntamenti pendenti tal-Consul on the Move (COTM) fl-Awstralja,
l-Istati Uniti tal-Amerika u fl-Ewropa u dan sabiex isiru kif l-pandemija
tgħaddi? Jista’ jindika dan pajjiż b’pajjiż u possibbilment stat b’stat?
24/02/2021
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Marzu tal-2020 kienet
ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġu sospiżi ż-żjarat u l-pjanijiet kollha
tal-programm Consul-on-the-Move (COTM) minħabba l-imxija tal-COVID-19. Bħal
bqija tal-pajjiżi kollha fid-dinja, dawk li fihom jiġu organizzati ż-żjarat
tal-COTM kienu affettwati b’numru ta’ restrizzjonijiet u projbizzjoni ta’
vjaġġar li għamluha impossibbli għall-konsli li jivvjaġġaw bejn reġjuni
differenti. Barra minnhekk, il-Ministeru ħa l-miżuri kollha biex iħares
is-saħħa tal-uffiċjali tiegħu hekk kif dawn setgħu jitpoġġew f’riskju li jiġu
kkontaminati. Għaldaqstant, il-Consul-on-the-Move bħalissa jinsab sospiż sakemm
is-sitwazzjoni titjieb u vjaġġi fi Stati u reġjuni mbegħda jkunu jistgħu jerġgħu
jibdew isiru bla diffikulta’ u bla periklu għas-saħħa tal-uffiċjali
konċernati.
Sadanittant in-numri ta’
talbiet għal appuntamenti pendenti fil-pajjiżi minn fejn jopera l-programm huwa
elenkat kif ġej:
· Fl-iStati Uniti tal-Amerika hemm 34-il appuntament
pendenti
· Fil-Kanada kien hemm 630 talba (li mhux bilfors huma
kollha għal appuntament abbinati mal-COTM). In-numru jista’ jkun riżultat ta’
akkumulazzjoni ta’ talbiet li suppost kellhom jiġu trattati bejn Mejju u Ġunju
tal-2020 (meta suppost kellha ssir żjara tal-COTM u tħassret minħabba
l-pandemija).
Seduta 434
02/03/2021
No comments:
Post a Comment