21388. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali:
B'referenza għall-iskema taħt il-Programm ta' Manutenzjoni tal-Binjiet
tal-Gvern (2011-2025), jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra liema appartamenti
f'Santa Luċija bbenefikaw minn dan mill-2019 sal-lum, u jista’ jindika x'livell
intlaħaq f'dan? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra liema huma previsti li jsiru
tul dawn is-sentejn? Jista’ wkoll jinforma jekk fuq dan, il-Kunsill Lokali ġiex
kkonsultat?
24/05/2021
ONOR. RODERICK
GALDES: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena
2019 il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija bbenefika minn tlett blokok taħt
l-iskema tal-Manutenzjoni tal-Komun fil-binjiet tal-Gvern.
Il-blokok kienu s-segwenti:
Blk M. ENTS TO FLTS 9-16,
TRIQ IŻ-ŻNUBER, SANTA LUĊIJA
BLK N ENTS TO FLTS 1-9, TRIQ IŻ-ŻNUBER,
SANTA LUĊIJA
BLK N, ENTS TO FLTS 9-16,
TRIQ IŻ-ŻNUBER, SANTA LUĊIJA
Fi Blk M, Ent to Flts 9 – 16
u Blk N, Ent to Flts 1 – 8, ix-xogħlijiet tlestew fis-sena 2020 filwaqt li Blk
N, Ent to Flts 9 – 16 ix-xogħlijiet waslu fl-aħħar fażijiet.
Din l-iskema tinħadem
flimkien mal-Kunsill Lokali, fejn huwa l-Kunsill Lokali li jidentifika liema
blokka jkun jixtieq li tipparteċipa fit-tali sena skond in-numru ta’ blokok li
jkunu ġew allokati lilu mill-Awtorità tad-Djar. Matul is-sena 2021 l-Kunsill
Lokali ta’ Santa Luċija ġie allokat 9 blokok oħra sabiex jipparteċipaw ukoll
f’din l-iskema. Il-proċess tal-għażla għadu għaddej.
Seduta 469
02/06/2021
No comments:
Post a Comment