18117. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’
l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva
ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Diċembru 2020? Jista’ jindika s-sess u kemm huma
jiskuntaw piena u kemm qed jistennew il-proċess tagħhom jiġi konkluż?
12/01/2021
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninforma lill-Onorevoli interpellant li r-residenti fil-Faċilità Korrettiva
ta’ Kordin sal-aħħar ta’ Diċembru 2020 kienu jlaħħqu t-864, li minnhom 808 huma
rġiel u 56 nisa. Inżid li kien hemm 260 resident jistenna l-proċess tiegħu jiġi
konkluż, waqt li 604 qed jiskuntaw piena.
Seduta 417
19/01/2021
No comments:
Post a Comment