21376. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru
jgħid jekk kemm-il darba r-residenti ta’ Santa Luċija Malta humiex se jiġu b’xi
mod kumpensati għall-inkonvenjent u diffikultajiet varji li kellhom jgħaddu
minnu tul il-kostruzzjoni ta’ Triq tal-Barrani?
24/05/2021
ONOR. JOSÈ
HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti ta’
Santa Luċija, bħal dawk f’lokalitajiet oħrajn fil-viċinanzi, gawdew minn jogging track imkabbra għall-ġiri u
l-mixi, toroq aħjar, promenade u
tisbieħ ġenerali. Bla dubju, l-akbar kumpens għar-residenti jibqa’ t-tnaqqis
drastiku fit-tniġġis ikkawżat mit-traffiku li jgħaddi mill-inħawi.
Seduta 467
31/05/2021
No comments:
Post a Comment