18.9.21

MARSAXLOKK – TRIQ XROBB L-GĦAĠIN - XOGĦOL

 

 

 

20201. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli: Tista’ l-Ministru tinforma l-Kamra jekk ix-xogħol f’Triq Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk huwiex konkluż u jekk le għaliex? Tista’ tinforma x’xogħol sar u kemm huwa stmat li ser jiswa?

 22/03/2021

   ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant peress li l-kriterji neċessarji ma ġewx milħuqha minn naħa tal-kuntrattur, it-tender oriġinali ġie tterminat lejn l-aħħar tas-sena 2020 u reġa ġie ppublikat lejn l-aħħar ta’ Diċembru ta’ l-istess sena. It-tender għax-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin ġie aġġudikat u x-xogħlijiet mistennija jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin.

 

Seduta  446

12/04/2021

No comments:

BORMLA - PJAZZA GAVINU GULIJA – TISWIJA TA’ ĊANGATURA

26964. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħ...