20.9.21

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-KUNSILL TAL-EWROPA – TRAFFIC LIGHTS

 

 

 

21386. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19551 u invista tal-volum ta’ tfal li jkunu qed jaqsmu, jista’ l-Ministru jikkonsidra li minflok pelican crossing isiru traffic lights f'Triq il-Kunsill tal-Ewropa?

 

24/05/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lil Onor. Interpellant li pelican crossing hi pedestrian crossing li tkun bil-lights, kif jidher fl-ewwel ritratt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Min-naħa l-oħra, traffic lights tirreferi għal meta jkun hemm junction, kif jidher fit-tieni ritratt. F’din it-triq ma jidhirx li hemm junction, imma il-bżonn hu għal crossing biex jaqsmu t-tfal.

 

Seduta  469

02/06/2021

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...