20200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura
u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet
parlamentari 17990 u 18320 u 19555 jista’ l-Ministru jibgħat verament uffiċjali
mill-Ministeru tiegħu biex il-materjal li hemm f’Xatt tal-Birgu u li fl-aħħar
domanda tressqu għall-attenzjoni tiegħu ritratti tal-istess, jirrejalizza li
għadu hemm u għadu ma tneħħiex u dan għall-kuntrarju ta’ dak li l-Kamra ġiet
infurmata?
22/03/2021
ONOR. IAN
BORG: Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa’ weġibna diversi drabi din
il-PQ, ninsab infurmat u nikkonfermaw
minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tal-MITP fl-20 ta’ Jannar 2021 fuq
il-post msemmi, li l-materjal imsemmi mill-Onoroveroli Interpellant ma jaqax
taħt ir-responsabilita’ ta’ dan id-dekasteru. Jkun għaqli la ż-żona hi miftuħa
għall-pubbliku jirreferi lill-forzi tal-ordni biex jieħdu azzjoni.
Seduta 446
12/04/2021
No comments:
Post a Comment