20798. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’
l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li ma’ Jobsplus il-maġġor parti tal-ħaddiema
li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar, huma self employed? Jista’ jgħid kemm huma u x’nazzjonalità għandhom?
28/04/2021
ONOR. CLYDE
CARUANA: Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dokumenti
mibgħuta lil Jobsplus minn min iħaddem u self-employed,
fil-kaz ta’ bidu ta’ mpjieg jew self-employment,
u li jinvolvu xogħol ta’ trasport ta’ ikel, ma jindikawx jekk l-ikel hux qed
jitwassal fid-djar jew f’postijiet oħra.
Għalhekk, Jobsplus
m’għandhiex l-informazzjoni biex tkun tista’ twieġeb din il-mistoqsija.
Seduta 456
04/05/2021
No comments:
Post a Comment